Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI ​Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u Għall-Kunsilli Lokali – 8 ta' Ġunju 2024

pr240775
Date Icon 08/05/2024

Ċertifikati għal min ma jkunx jista' joqgħod fil-queue

1.         Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf illi fil-ġurnata tal-votazzjoni, persuni li għalqu l-75 sena u dawk li jinġiebu fuq 'stretchers' jew mill-isptarijiet u djar tal-anzjani, għandhom jitħallew jaqbżu l-queue f'kull ħin tal-votazzjoni mingħajr il-ħtieġa ta' ċertifikat tat-tabib.

2.         Persuni ta' età bejn is-60 u l-75 sena, jitħallew jaqbżu l-queue bejn is-1.00 pm u l-5.00 pm.

3.         Dawk il-persuni l-oħra li jkunu morda u ma jistgħux jistennew fil-queue jrid ikollhom ċertifikat tat-tabib biex jitħallew jaqbżu l-queue u dan wara s-1.00 pm. Dawk il-persuni li jippreżentaw il-Karta tad-Diżabilità Ewropeja maħruġa mill-Aġenzija Sapport jingħataw l-istess faċilita' mingħajr ħtieġa ta' ċertifikat mediku.

4.         Il-Kummissjoni Elettorali tirċievi applikazzjonijiet fl-Uffiċċju tagħha fl-eks-Trade Fair Grounds, In-Naxxar, mingħand dawk it-tobba li mhumiex kandidati għall-Elezzjonijiet għall-għoti ta' formoli uffiċjali li jservu bħala ċertifikat mediku għal persuni morda biex jitħallew jaqbżu l-queue waqt il-votazzjoni fil-ħin imsemmi aktar qabel.

Kull tabib li japplika jingħata ammont ta' formoli li fuqhom jinkiteb iċ-ċertifikat u dan l-ammont ta' formoli jista' jiżdied skont il-ħtieġa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow