Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Skema finanzjarja għall-bdiewa u raħħala għall-investimenti fis-settur agrikolu

PR240768
Date Icon 07/05/2024

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar il-ftuħ tal-applikazzjonijiet għall-Iskema ta' Fondi tal-UE simplifikata għall-Investimenti fl-Agrikoltura.

Din l-iskema se tappoġġja investimenti fis-settur agrikolu sabiex tippromwovi l-modernizzazzjoni, l-innovazzjoni, u l-kompetittività. L-iskop aħħari ta' din l-iskema hu li l-bdiewa jsiru aktar effiċjenti u kompetittivi. Din l-iskema taqa' taħt il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta 2023-2027 li qed jiġi implimentat b'mod konġunt mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali  u l-Ministeru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo qal kif l-iskop ta' din l-iskema simplifikata huwa li tnaqqas il-burokrazija għall-applikanti li jridu jwettqu proġetti żgħar u se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn rifużjoni ta' 50% tal-ispejjeż eliġibbli, sa għotja massima ta' €15,000.

“Għal dan is-settur qed naraw baġit massiċċ li jlaħħaq il-€21 miljun kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea u minn Fondi nazzjonali. Dak li qed inħabbru llum jifforma parti minn ħemel ta' miżuri li nedejna fl-aħħar xhur, ġimgħat u snin sabiex inkomplu niffaċilitaw ħidmet il-bdiewa u raħħala tagħna. Dan huwa Gvern li bil-fatti qatt ma ħalla lil dawn il-ħaddiema waħedhom. Ħaġa li nismagħha u naraha kull meta nitkellem magħhom, meta nżurhom fir-raba u rziezet tagħhom, innutaha wkoll il-Kummissarju Ewropew meta żar pajjiżna, u komplejna narawha f'edizzjoni oħra ta' suċċess ta' AgriFair ta' din is-sena," temm jgħid il-ministru.

Id-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) Louisa Formosa spjegat li dawn il-proġetti għandhom jirrigwardaw investimenti produttivi fl-irziezet. Kompliet li l-appoġġ taħt din l-iskema huwa miftuħ għall-bdiewa kollha, kemm individwi, azjendi, kif ukoll gruppi ta' bdiewa, bħal koperattivi jew sħubijiet. Il-benefiċjarji jridu jkunu rreġistrati fir-reġistru tad-Dipartiment tal-Agrikoltura magħruf bħala IACS.

Il-benefiċjarji jridu jkunu qed iwettqu attività agrikola minima kif definita fil-linji gwida li jinsabu fuq is-sit elettroniku www.fondi.eu. Apparti min hekk, għal investimenti relatati mal-ortikoltura l-benefiċjarji jrid ikollhom art irreġistrata fis-sistema IACS li trid tifforma parti mill-applikazzjoni sottomessa.

Din is-sejħa għall-applikazzjonijiet taħt din l-iskema simplifikata se tibqa' miftuħa sal-Erbgħa 19 ta' Ġunju 2024. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jċempel dirett fuq 22926148 u jżur hawn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Skema finanzjarja għall-bdiewa u raħħala għall-investimenti fis-settur agrikolu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Skema finanzjarja għall-bdiewa u raħħala għall-investimenti fis-settur agrikolu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Skema finanzjarja għall-bdiewa u raħħala għall-investimenti fis-settur agrikolu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow