Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Investiment ieħor ta’ €8 miljun fil-Forzi Armati ta’ Malta

pr240750
Date Icon 03/05/2024

B'investiment ta' €8 miljun ġie finalizzat proġett maħsub biex itejjeb il-kapaċitajiet tal-ajruplani tal-Forzi Armati ta' Malta. Dan huwa investiment ieħor wara li sena ilu ġew investiti €53 miljun għal bastiment P71.

Il-FAM għandhom tliet ajruplani tal-għamla KingAir u l-proġett ta' tiġdid fis-sistemi ta' wieħed minnhom, iffinanzjat parzjalment ukoll minn fondi tal-Unjoni Ewropea, jaħseb biex l-ajruplan ikollu għodod aħjar biex jaqdi funzjonijiet usa' waqt titjiriet fuq il-baħar. L-immodernizzar tas-sistemi elettroniċi tal-ajruplan wassal ukoll biex jiżdiedu sew il-kapaċitajiet ta' komunikazzjoni.

F'diskors waqt l-inawgurazzjoni tal-proġett, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri qal li t-tisħiħ tal-fergħa tal-ajru tal-Forzi Armati huwa parti minn proċess ta' investiment li l-Gvern għamel matul l-aħħar snin. Dan l-aħħar investiment se jsaħħaħ l-isforzi tal-Gvern fil-ġlieda kontra t-traffikar uman, it-tiftix u salvataġġ fost oħrajn.

Il-Ministru Camilleri rrefera wkoll għall-ħidma tal-Gvern biex itejjeb il-kundizzjonijiet u l-pagi tal-membri tal-Forzi Armati fosthom bi ftehim kollettiv għall-ħaddiema kollha, it-tisħiħ tal-pensjoni tas-servizz u kif ukoll li għall-ewwel darba se jingħata bonus addizzjonali għall-għoli tal-ħajja ekwivalenti għaż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati, il-Brigadier Clinton O'Neill qal li l-proġett kien xprunat mill-obbligu li l-forzi armati għandhom bħala l-awtorità nazzjonali b'kapaċitajiet marittimi operattivi sinifikanti. Qal li bit-tiġdid tas-sistema tal-KingAir, il-FAM qed tkompli twettaq ħidma importanti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Investiment ieħor ta’ €8 miljun fil-Forzi Armati ta’ Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Investiment ieħor ta’ €8 miljun fil-Forzi Armati ta’ Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Investiment ieħor ta’ €8 miljun fil-Forzi Armati ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow