Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – 8 ta’ Ġunju 2024

pr240749
Date Icon 03/05/2024

Dokumenti għall-Votazzjoni Speċjali

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li b'effett immedjat, il-votanti li ntilfilhom, tqattagħlhom jew ġratilhom ħsara sostanzjali fid-dokument għall-votazzjoni wara li rċevewh, u dawk li għalkemm isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali tal-20 ta' April, 2024, rivedut bid-deċiżjonijiet tal-Uffiċjal Reviżur, ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni minħabba xi raġuni speċjali, inkluż dik li l-Kummissjoni ma kellhiex ir-ritratt tagħhom, li huma jistgħu jidhru personalment quddiem wieħed mill-Kummissjonarji Elettorali sabiex japplikaw għal dokument għall-votazzjoni speċjali.  Il-votant għandu jmur fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u jrid jippreżenta l-Karta tal-Identità.  Il-ġranet u l-ħinijiet ser ikunu kif jidher hawn taħt:

Mit-Tnejn sal-Ħadd:

mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sat-8.00 p.m.

Is-Sibt l-1 ta' Ġunju, 2024:

mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sal-10.00 p.m.

Mill-Ħadd it-2 ta' Ġunju sal-Erbgħa, il-5 ta' Ġunju, 2024 (l-aħħar jum):

mit-8.00 a.m. sas-1.00 p.m. u mit-3.00 p.m. sad-9.00 p.m.

Dawk il-votanti rreġistrati fit-Tlettax-il distrett elettorali (Għawdex u Kemmuna) jistgħu jattendu fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, ir-Rabat, Għawdex, fl-istess ġranet u ħinijiet.

Mingħajr id-dokument għall-votazzjoni, ħadd ma jkun jista' jivvota.

Għal aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett ċempel fuq in-numru tat-telefon f'Malta 2558 3131 u f'Għawdex 21556317.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow