STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “Jekk irridu li verament nagħmlu l-ġid lil għajrna, ejja naraw li nagħtu l-aqwa li nistgħu billi nagħtu sehemna u nagħtu d-demm; ġest nobbli li bih ngħinu lil min verament għandu bżonn”
Dan kien il-messaġġ li għadda l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati meta matul il-jum tat-3 ta' Mejju, iċ‑Ċentru Nazzjonali għat‑Trasfużjoni tad‑Demm f'kollaborazzjoni mal‑Uffiċċju tal‑Ispeaker u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall‑Politika Soċjali u d‑Drittjiet tat‑Tfal kienu għad-dispożizzjoni ta' eluf li setgħu jagħtu d-demm huma u deħlin fil-Belt Kapitali ta' pajjiżna.
L-Ispeaker faħħar l-inizjattiva li jieħdu l-impjegati fi ħdan Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fi ħdan il-Ministeru għall‑Politika Soċjali u d‑Drittjiet tat‑Tfal flimkien mal-impjegati tal-Parlament sabiex jassiguraw li din l-attività tinżamm kull sena.
Hu tenna li dan il-ġest u att ta' karità jiswa aktar minn kull forma ta' għajnuna oħra hekk kif il-provvisti tad-demm huma bżonn kontinwu ġewwa pajjiżna. L-Ispeaker appella sabiex il-midja tgħarraf fl-iqsar żmien possibbli fuq kull forma tax-xandir sabiex jgħarrfu lill-pubbliku inġenerali sabiex jattendi bi ħġaru biex jagħti d-demm illum, ġewwa l-Belt Valletta, fejn quddiem il-binja tal-Parlament jinsab armat il-mobile unit taċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm.
Il-konferenza stampa kienet indirizzata wkoll mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal il-Ministru Michael Falzon u mill-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, li lkoll appellaw sabiex kull min jista' jmur jagħti d-demm. Ingħaqdu magħhom Ivan Castillo, Paula Mifsud Bonnici u l-Whip tal-Gvern Naomi Cachia.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928