Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Is-sinerġija bejn entitajiet ewlenin fil-qasam ekonomiku hija l-bażi ta’ ekosistema b’saħħitha li tħalli r-riżultati

pr240734
Date Icon 30/04/2024

Waqt żjara fil-bini tal-Malta Business Registry fiż-Żejtun, il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ ma’ diversi entitajiet li joperaw minn din l-istess binja fosthom ir-Reġistru tan-Negożji nnifsu. Ir-Reġistru, jew inkella kif inhu magħruf aħjar bħala l-MBR, kien strumentali biex jiġu introdotti bidliet leġiżlattivi importanti li wasslu għal ġurisdizzjoni Maltija iktar robusta fuq livell internazzjonali.

Il-Prim Ministru Robert Abela ntwera s-sezzjoni tal-arkivji mill-Kap Eżekuttiv u r-Reġistratur Dr Geraldine Spiteri Lucas, li spjegat li l-ewwel reġistrazzjonijiet ta’ kumpaniji jmur lura għas-sittinijiet.

Fl-istess binja, il-Prim Ministru Robert Abela żar ukoll l-uffiċini ta’ Gaming Malta. Akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv Ivan Filletti, il-Prim Ministru ltaqa’ u tkellem ma’ diversi ħaddiema ġejjin minn kumpaniji differenti fl-oqsma tal-logħob diġitali u l-esports. Dawn joperaw minn spazju apposta fi ħdan Gaming Malta, magħruf bħala Basecamp. 

F’dan l-ispazju, kumpanija minn Liverpool bl-isem ta’ Draw&Code tiffaċilita r-riċerka u l-iżvilupp fl-immersive technologies. L-opportunitajiet f’dan il-qasam huma saħansitra offruti wkoll lill-istudenti Universitarji Maltin f’dan l-istess spazju, li bħalissa qed jistudjaw il-Video Game Development.

Teknoloġiji emerġenti oħra kienu diskussa mat-tmexxija ta’ Tech.mt, bil-Kap Eżekuttiv Wayne Grixti jispjega kif il-fondazzjoni qed tassisti numru ta’ kumpaniji lokali biex jespandu ’l bogħod minn xtutna u jippromwovu l-ekosistema teknoloġika Maltija. 

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru nnota kif is-sinerġija bejn entitajiet ewlenin fil-qasam ekonomiku hija l-bażi ta’ ekosistema b’saħħitha li qed tħalli r-riżultati. Din l-istess sinerġija li flimkien ma’ ħidma f’oqsma oħra qed twassal biex pajjiżna jkompli jirreġistra tkabbir ekonomiku u jibqa’ jgawdi minn prosperità kontinwa.

Fl-istess binja fiż-Żejtun, il-Prim Ministru żar ukoll Finance Malta, biċ-Chairman George Vella jitkellem dwar ħidmet l-entità fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Spjega li Finance Malta tiffaċilita l-kollaborazzjoni u t-tkabbir għall-istakeholders fl-industrija permezz t’attivitajiet u inizjattivi varji li lkoll jippromwovu lil Malta bħala hub finanzjarju.

Fl-uffiċini tal-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta’ Malta, l-MTCA, il-Kummissarju Joseph Caruana tkellem dwar ir-riforma li bdiet fl-2023, fejn dak li kien magħruf bħala l-Uffiċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, inbidel fl-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta’ Malta. Ġie spjegat li r-riforma diġà qed tħalli l-frott tagħha hekk kif l-MTCA qed tgawdi minn investimenti fit-teknoloġija, investimenti u żieda f'nies tekniċi, tiġdid u mmodernizzar kontiwu fil-proċessi interni u anke investiment fl-uffiċini u l-binjiet tal-entità. 

Dan l-impenn qed iwassal biex ikun aktar faċli għall-individwi u l-kumpaniji biex jagħmlu l-pagamenti tagħhom fil-ħin u għall-amministrazzjoni stess biex tiġbor id-dħul kollu dovut lill-gvern.

Dr Abela kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri u mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Is-sinerġija bejn entitajiet ewlenin fil-qasam ekonomiku hija l-bażi ta’ ekosistema b’saħħitha li tħalli r-riżultati
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Is-sinerġija bejn entitajiet ewlenin fil-qasam ekonomiku hija l-bażi ta’ ekosistema b’saħħitha li tħalli r-riżultati
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow