Left arrow Go Back

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Parlament japprova r-ratifika ta’ tliet konvenzjonijiet internazzjonali fil-kamp tal-ħarsien wirt storiku

pr240733
Date Icon 30/04/2024

Il-Parlament b’mod unanimu approva r-ratifika ta’ tliet konvenzjonijiet internazzjonali u Protokolli relatati, mressqa mill-Gvern, dwar il-Ħarsien ta’ Proprjetà ta’ Wirt Kulturali f’każ ta’ Kunflitt Armat, u mezzi ta’ Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni u Esportazzjoni Illegali ta’ Proprjetà Kulturali fl-isfera internazzjonali.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici sostna li fi żminijiet ta’ kunflitt u gwerer bħalma, sfortunatament, qed naraw f’diversi reġjuni fid-dinja, il-kultura u l-wirt kulturali huma vulnerabbli ħafna u ċerti xogħlijiet tal-arti jistgħu jispiċċaw meqruda jew meħuda ’l barra minn pajjiżhom mill-forzi ta’ okkupazzjoni waqt gwerra.

Il-Ministru Bonnici sostna wkoll li mill-10 Konvenzjonijiet u Protokolli tal-UNESCO, mill-2013 sal-lum, il-Gvern se jkun aċċetta jew irratifika total ta’ 5 konvenzjonijiet u 2 protokolli għal total ta’ 8 strumenti internazzjonali.  “Dan huwa rekord pożittiv ħafna għal Malta fl-isforzi li l-Gvern qed imexxi ’l quddiem fil-ħarsien tal-wirt kulturali minn lenti internazzjonali,” qal il-Ministru Bonnici.

B’hekk issa, b’mod formali, Malta se tmexxi ’l quddiem il-proċess li jwassal għar-ratifika ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li jippromwovu azzjonijiet li jissalvagwardjaw il-wirt kulturali mill-ottika internazzjonali jiġifieri:

• Il-Konvenzjoni tal-UNESCO ta’ The Hague tal-1954 u ż-żewġ Protokolli tagħha għall-Ħarsien tal-Proprjetà Kulturali f’każ ta’ Kunflitt Armat li hija l-aktar trattat multilaterali komprensiv iddedikat esklussivament għall-protezzjoni tal-wirt kulturali mobbli u immobbli fi żminijiet ta' paċi kif ukoll waqt kunflitt armat.

• Il-Konvenzjoni ta’ Pariġi tal-UNESCO tal-1970 dwar il-Mezzi ta’ Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni u Esportazzjoni Illeċita ta’ Proprjetà Kulturali. 

• Il-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-UNIDROIT tal-1995 li tfasslet fuq stedina tal-UNESCO u li tirrigwarda r-ritorn ta’ proprjetà kulturali misruqa jew esportata illegalment minn pajjiż għall-ieħor mil-lat tal-liġi internazzjonali privata. 

Ir-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati hawn fuq u l-protokolli relatati se jipprovdu lil Malta b’sett komprensiv u holistiku ta’ prinċipji globali trasversali li jindirizzaw għemil illegali ta’ natura internazzjonali kontra l-proprjetà tal-wirt kulturali billi jarmonizzaw is-sistema regolatorja nazzjonali ma’ dik tal-pajjiżi msieħba. Fil-fatt, ħafna mill-prinċipji huma diġà integrati fil-liġi li tirregola l-Patrimonju Kulturali ta’ Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow