Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Introdotta l-pjattaforma SpeakTX li se tkompli ssaħħaħ is-servizz ta’ Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma

pr240727
Date Icon 29/04/2024

Is-servizz taċ-Ċentru tal-Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma qiegħed jiġi msaħħaħ permezz tal-introduzzjoni ta' pjattaforma SpeakTX. Dan tħabbar fi żjara li għamel il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela flimkien mal-Ambaxxatur Malti għall-Finlandja u l-Estonja Kenneth Vella, f'dan iċ-Ċentru.

Permezz ta' kollaborazzjoni bejn il-Kura tas-Saħħa Primarja u rappreżentanti ta' SpeakTX mill-Estonja, qed tiġi introdotta din il-pjattaforma interattiva online li se tibda tifforma parti mit-terapija tal-patoloġija tal-lingwa mitkellma. Din l-għodda diġitali se tipprovdi wkoll viżibilità fuq il-progress tal-pazjent irrispettivament minn jekk il-pazjent hux qed juża l-pjattaforma waqt sessjoni f'waħda mill-Kliniċi fil-Komunità jew fiċ-Ċentri tas-Saħħa, jew id-dar.

Ġie spjegat ukoll li wara li s-servizz ta' Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma ġie stabbilit bħala wieħed mis-servizzi ewlenin tal-Kura tas-Saħħa Primarja, qed tkompli titjieb il-kwalità u d-disponibbiltà ta' dan is-servizz permezz tal-użu tat-teknoloġija.

Il-Ministru Jo Etienne Abela sostna kif din il-kollaborazzjoni ser tkun qed tgħin bosta ċittadini li għandhom problemi bid-diskors. Kompla li din il-pjattaforma diġitali se tgħin ukoll professjonisti f'dan il-qasam biex ikompli jiġi offrut servizz t'eċċellenza.

L-Ambaxxatur Malti Kenneth Vella rringrazzja lir-rappreżentanti mill-Estonja u l-Kura tas-Saħħa Primarja ta' din il-kollaborazzjoni li ser tkun ta benefiċċju għall-poplu Malti. Qal kif dan il-ftehim jikkonferma r-relazzjonijiet eċċellenti li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi u jikkumplimenta wkoll kollaborazzjonijiet oħra anki fil-qasam edukattiv, diplomatiku, kulturali, sportiv u turistiku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Introdotta l-pjattaforma SpeakTX li se tkompli ssaħħaħ is-servizz ta’ Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Introdotta l-pjattaforma SpeakTX li se tkompli ssaħħaħ is-servizz ta’ Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Introdotta l-pjattaforma SpeakTX li se tkompli ssaħħaħ is-servizz ta’ Patoloġija tal-Lingwa Mitkellma
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow