Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: L-Assoċjazzjoni Bennejja u Kuntratturi mwaqqfa se tkun parti mill-Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni b’sehem akbar fil-bidliet li qed isiru

pr240701
Date Icon 27/04/2024

L-Assoċjazzjoni Bennejja u Kuntratturi se tkun parti mill-Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni biex tkun stakeholder ieħor parti mill-bidliet li qed isiru fis-settur tal-kostruzzjoni. Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard attenda għall-inawgurazzjoni uffiċjali ta' din l-assoċjazzjoni. “Anke minn qabel ġiet imwaqqfa formalment, rajt f'din l-assoċjazzjoni interlokutur b'saħħtu li għandu kontribut kbir fit-twettiq tal-proċess riformattiv li għaddej minnu s-settur", beda biex jgħid il-Ministru Attard.

It-twaqqif ta' din l-assoċjazzjoni se ssaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-bennejja, il-kuntratturi u l-periti liċenzjati biex ikomplu jgħollu l-istandards fis-settur. Il-Ministru Attard nnota wkoll is-suċċess tal-membri li fi żmien sitt xhur mhux biss irnexxielhom jilħqu dan it-tragward imma talli rnexxielhom jirreġistraw aktar minn 200 membru fil-jum tal-formazzjoni tagħhom.

Il-Ministru Attard saħaq dwar l-importanza tal-kollaborazzjoni bejn l-assoċjazzjoni u l-awtoritajiet filwaqt li aċċenna għall-ħtieġa ta' ristrutturar u li jiżdied l-infurzar. Dan bil-għan li titrawwem kultura ġdida li fiha s-settur jista' jitħalla jaħdem f'armonija mat-terzi li sa issa għadhom qegħdin jiġu affettwati minn xogħlijiet ta' kostruzzjoni. “Konvint li din l-assoċjazzjoni mhux biss se tkun vuċi b'saħħitha għall-membri tagħha, imma wkoll katalista ta' bidliet reali fl-industrija tal-kostruzzjoni", temm jgħid il-Ministru Attard.

Min-naħa tiegħu l-President tal-assoċjazzjoni Michael Cutajar esprima s-sodisfazzjon kollettiv tal-kumitat għall-aħbar li l-Kumitat tal-Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni laqa' r-rakkomandazzjoni li se toffri l-possibbiltà ta' parteċipazzjoni aktar b'saħħitha fir-riformi u t-tibdil li jeħtieġ li jsir fis-settur. Huwa kompla mal-Ministru Attard rigward il-ħtieġa ta' ristrutturar u aktar infurzar u saħaq li fejn se jkun hemm bżonn se jittieħdu miżuri drastiċi bħalma huma sospensjonijiet meħtieġa sakemm persuni inkwistjoni jirregolaw rwieħhom biex verament ikunu jistgħu jogħlew l-istandards. Fl-aħħar taċ-ċerimonja l-membri ġew preżentati ċertifikat ta' sħubija fl-assoċjazzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: L-Assoċjazzjoni Bennejja u Kuntratturi mwaqqfa se tkun parti mill-Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni b’sehem akbar fil-bidliet li qed isiru
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI: L-Assoċjazzjoni Bennejja u Kuntratturi mwaqqfa se tkun parti mill-Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni b’sehem akbar fil-bidliet li qed isiru
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow