Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija l-fondazzjoni li se tmexxi ċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Innovazzjoni dwar il-Kanċer f’Malta

pr240694
Date Icon 26/04/2024

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażażgħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti ħabbar it-twaqqif tal-Fondazzjoni li se tmexxi ċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Innovazzjoni dwar il-Kanċer f’Malta. L-għan ta’ din il-fondazzjoni hi li tintegra l-istrateġiji ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ pajjiżna biex ikun hemm allinjament mal-għanijiet u strateġiji tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-kanċer.

“Din il-fondazzjoni se tkun qed tmexxi ċentru ta’ eċċellenza, fejn l-innovazzjoni fir-riċerka u t-trattament tal-kanċer mhux biss jiġi maħsub iżda jseħħ. Din il-fondazzjoni se taħdem biex tegħleb l-isfidi li tradizzjonalment iżommu lura l-isforzi tar-riċerka, billi trawwem approċċ multidixxiplinarju li jisfrutta l-kompetenza kollettiva ta’ riċerkaturi u professjonisti mediċi. Dan se jkun il-pedament li fuqu nibnu l-kapaċitajiet lokali tagħna, billi nintegrawhom mal-komunità tar-riċerka internazzjonali usa’,” spjega s-segretarju parlamentari.

Huwa kompla li din l-inizjattiva se turi dak li jista’ jinkiseb permezz tal-kollaborazzjoni. Billi jiġi inkorporat l-għarfien lokali mal-għarfien u l-innovazzjonijiet tal-UE dan jista’ jwassal għal avvanzi sinifikanti fir-riċerka tal-kanċer. 

“Din l-inizjattiva xjentifika tirrapreżenta sejħa għall-azzjoni għal ħidma kollettiva biex negħlbu l-kanċer. Flimkien se nikkollaboraw u naħdmu għal futur aktar b’saħħtu għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti.

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni, Prof. Christian Scerri qal li, “Permezz ta' din il-Fondazzjoni qed inwittu t-triq għall-ewwel ċentru tar-riċerka u innovazzjoni dwar il-kanċer f’ Malta, mhux biss għall-avvanz tar-riċerka dwar il-kanċer iżda wkoll biex inwittu t-triq għal futur aktar b’saħħtu.”

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija l-fondazzjoni li se tmexxi ċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Innovazzjoni dwar il-Kanċer f’Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija l-fondazzjoni li se tmexxi ċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Innovazzjoni dwar il-Kanċer f’Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija l-fondazzjoni li se tmexxi ċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Innovazzjoni dwar il-Kanċer f’Malta
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija l-fondazzjoni li se tmexxi ċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Innovazzjoni dwar il-Kanċer f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow