Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

pr240690
Date Icon 26/04/2024

Se jerġa’ jinfetaħ l-Isptar tal-Annimali f’Ta’ Qali u minnu se jiġi offrut il-kors tal-veterinarji

Il-Gvern, permezz tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, daħal fi ftehim li permezz tiegħu se jerġa' jinfetaħ l-Isptar tal-Annimali f'Ta' Qali u fl-istess waqt, mis-sena skolastika li jmiss, jibda jiġi offrut il-kors tal-veterinarji minn din l-istess binja.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo. 

Il-Ministru Anton Refalo tenna li l-ħidma sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni tal-Isptar tal-Annimali ma waqfitx u pajjiżna se jerġa' jkollu sptar tal-annimali li minnu se jiġu offruti servizzi veterinarji, fosthom għal-kura fit-tul tal-annimali.

Huwa semma wkoll il-ħidma li twettqet fl-aħħar snin mill-Gvern fis-settur tad-drittijiet tal-annimali. “Ir-riforma biex insaħħu l-funzjoni tad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali wasslet għal cattery ġdida; ambulanza ġdida għall-annimali; aktar postijiet għall-klieb abbandunati; żieda fin-numru ta' impjegati u fl-infurzar; it-tisħiħ tan-numru 1717 u t-tnedija ta' dipartiment għall-programmi ta' fondi, fost l-oħrajn", temm jgħid il-Ministru Refalo.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Clifton Grima fakkar li fis-snin riċenti l-gvern kien ta widen għat-talbiet ta' studenti li kellhom l-aspirazzjoni ta' karriera bħala veterinarji, u kien nieda Borża ta' Studju biex tkun ta' sostenn finanzjarju għal dawn l-istudenti li kellhom bilfors jagħmlu dan l-istudju barra minn Malta.

“Illum qed inħabbru pass ieħor sinifikanti 'l quddiem, għaliex issa dawk kollha li jixtiequ jsegwu perkors ta' studju f'din il-linja, jistgħu jagħmlu dan f'pajjiżhom stess. Meta nitkellmu dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni l-ġdida, nenfasizzaw li din tpoġġi lill-persuna fiċ-ċentru. Dak li qed inħabbru llum huwa eżempju ċar ta' dan: smajna x-xewqat tal-istudenti, rajna x'inhi l-aspirazzjoni għall-futur tagħhom u ħdimna biex din ix-xewqa ssir realtà – f'pajjiżna stess", temm jgħid il-Ministru Grima.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura, u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said stqarret li permezz tal-użu mill-ġdid tal-isptar għall-annimali, il-Gvern se jkompli jkabbar is-servizzi offruti għall-ħarsien tal-annimali. “B'dak li qed inħabbru llum huwa xhieda kemm il-ħarsien tal-annimali huwa wieħed mill-prijoritajiet tal-Gvern. Għall-ewwel darba se nkunu qed noffru kors f'Malta stess għall-veterinarji prospettivi u b'hekk inħeġġu aktar studenti jimirħu fl-istudju mediku għal aktar ħarsien xieraq tal-annimali," temmet tgħid Bugeja Said.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U L-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow