Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ġie estiż ftehim mal-Fondazzjoni ta’ Kana sabiex tkompli ssaħħaħ is-servizzi li toffri

pr240689
Date Icon 26/04/2024

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal estenda ftehim soċjali illi kellu mal-Fondazzjoni ta' Kana, sabiex ikunu jistgħu jibqgħu joffru servizzi soċjali lill-individwi, koppji u anke familji li jkollhom bżonn sapport. L-għan ta' din il-Fondazzjoni huwa li toffri sessjonijiet ta' terapija kemm lil persuni individwali u anke familji.

Permezz ta' dan il-ftehim soċjali ser ikunu qed jingħataw mal-2,380 siegħa fis-sena ta' servizzi ta' counselling, coaching u anke taħriġ dwar trobbija pożittiva. Dan is-sapport jingħata minn tim multi-dixxiplinarju ta' psikoterapisti, counsellers, family therapists, psikoloġisti u anke parenting coaches.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon flimkien mas-Segretarju Permanenti Mark Musù u anke t-tmexxija tal-Fondazzjoni ta' Kana, waqt li kienu qed jippresedu l-iffirmar tal-ftehim.

“Kommessi li nkompli nagħtu l-appoġġ meħtieġ lill-familji. Permezz ta' dan il-ftehim qed naraw li jkompli jiġi offrut servizz ta' terapija kemm lill-individwi kif ukoll lill-familji, speċjalment meta jkun hemm tfal u anke adoloxxenti," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Joe Cassar saħaq illi l-għan ewlieni huwa li jgħinu persuni li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli u anke ta' trawma, b'din il-ħidma ssir bla ebda distinzjoni għaliex jemmnu li kull forma ta' familja jixirqilha attenzjoni u għajnuna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ġie estiż ftehim mal-Fondazzjoni ta’ Kana sabiex tkompli ssaħħaħ is-servizzi li toffri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Ġie estiż ftehim mal-Fondazzjoni ta’ Kana sabiex tkompli ssaħħaħ is-servizzi li toffri
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow