Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr240672
Date Icon 25/04/2024

Persuni li jħallsu lura dak kollu li ħadu fil-każ ta’ irregolarità fl-assistenza għal diżabbiltà severa, jistgħu jingħataw maħfra mill-proċeduri kriminali biss u taħt diversi kundizzjonijiet fosthom li jixhdu kontra min ħadem l-iskema 

Ebda maħfra ma tgħodd għal min allegatament kienu l-artefiċi, promoturi jew istigaturi wara l-irregolaritajiet 

B’referenza għall-każijiet ta’ irregolarità fl-applikazzjonijiet għall-assistenza għal diżabilità severa, dawn il- każijiet meta ġew għall-attenzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru kienu rrapportati  lill-Pulizija biex jissoktaw l-investigazzjonijiet neċessarji. Illi sussegwentement skattaw investigazzjonijiet u proċeduri quddiem il-Qrati ta’ Malta.

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal ħatar bord biex jagħmel evalwazzjoni dwar il-proċess tal-applikazzjonijiet għall-assistenza għal diżabilità severa, liema bord ikkonkluda l-inkarigu tiegħu fl-14 ta’ Marzu 2024, u ppreżenta r-rapport flimkien ma’ numru ta’ rakkomandazzjonijiet.

Illi nhar it-Tlieta, 23 ta’ April 2024, il-Qorti ddikjarat li hemm biżżejjed evidenza biex ħames persuni jitpoġġew taħt att ta’ akkuża dwar diversi reati relatati mal-każijiet ta’ irregolarità fl-applikazzjonijiet għall-assistenza għal diżabilità severa. 

Il-Kabinett tal-Ministri rrakkomanda lill-President ta’ Malta illi minħabba l-assjem taċ-ċirkostanzi partikolari li fihom saru għadd ta’ pagamenti ta’ benefiċċji soċjali, konsistenti f’benefiċċji li jitħallsu għax persuni jkunu jsofru minn mard jew minn kundizzjoni ta’ saħħa partikolari  u li dawk il-benefiċċji ġew riċevuti minn persuni li ma kienux intitolati għalihom, għandha tinstab soluzzjoni barra s-sistema tal-ġustizzja kriminali għal din is-sitwazzjoni billi  tingħata maħfra għal dak li jirrigwardja r-reati penali kommessi mill-persuni li rċevew l-imsemmija benefiċċji ndebitament; dana b’esklużjoni tal-persuni li kienu allegatament l-artefiċi, il-promoturi jew l-istigaturi tar-reati koperti minn din il-maħfra.

Il-Kabinett tal-Ministri rrakkomanda lill-President ta’ Malta illi din il-maħra tingħata biss taħt diversi kundizzjonijiet:

A. illi l-persuni konċernati li jkunu eliġibbli għal din il-maħfra jippreżentaw talba bil-miktub lid-Direttur tas-Sigurtà Soċjali fejn jikkonfermaw illi huma jixtiequ jibbenefikaw minn din il-maħfra u jagħtu t-tagħrif fattwali kollu lid-Direttur tas-Sigurtà Soċjali li jkun jinħtieġ mingħandhom dwar it-talba tagħhom;

B. Illi l-persuni konċernati li jkunu eliġibbli għal din il-maħfra jħallsu lid-Direttur tas-Sigurtà Soċjali l-ammonti kollha miksuba minnhom mingħajr ma kienu eligibbli ghalihom flimkien ma’ dak l-ammont ta’ spejjeż amministrattivi li jiġi stabbilit fid-diskrezzjoni tad-Direttur, jew jilħqu ftehim validu u bil-miktub mad-Direttur tas-Sigurtà Soċjali dwar kif se jħallsu lura l-ammonti miksuba minnhom indebitament u l-imsemmija spejjeż amministrattivi;

C. Illi d-Direttur tas-Sigurtà Socjali jikkonferma bil-miktub illi l-persuna konċernata tkun issodisfat il-kundizzjoni B;

D. Illi d-Direttur tas-Sigurtà Socjali jressaq lill-Kummissarju tal-Pulizija l-konferma msemmija fil-paragrafu C u l-Kummissarju tal-Pulizija jgħaddi dik il-konferma lill-Ministeru għall-Ġustizzja sabiex ikun jista’ jikkonferma l-ħruġ tal-maħfra lill-applikant;

E. Illi l-għoti ta’ maħfra lil xi persuna skont din il-Proklama m’għandu bl-ebda mod jiġi interpretat bħala li qiegħed jeżenta lil xi persuna li tkun ibbenefikat mill-maħfra milli tixhed u tgħid is-sewwa, is-sewwa kollu u xejn ħlief is-sewwa kull meta tkun imħarrka jew meħtieġa skont xi liġi li tixhed dwar iċ-ċirkostanzi kollha li wasslu għall-ħlas indebitu tal-benefiċċju soċjali li dwaru tkun inħarġet  maħfra, fi proceduri kontra haddiehor.

F. Il-maħfra tkun irtirata u għandha titqies li qatt ma ngħatat jekk il-benefiċċjarju jirrifjuta li jixhed jew jonqos milli jagħti xi depożizzjoni mitluba minnu skont il-liġi jew jekk jirriżulta illi f’xi depożizzjoni l-benefiċċjarju ma jkunx xehed is-sewwa, is-sewwa kollu u xejn ħlief is-sewwa;

G. Illi din il-maħfra tapplika biss għall-persuni li rċevew l-imsemmija benefiċċji mingħand id-dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u ma tapplikax għall-persuni li kienu l-artefiċi, il-promoturi jew l-istigaturi tar-reati koperti minn din il-maħfra, lanqas f’dik il-parti fejn huma setghu wkoll ircevew xi beneficcju socjali ndebitament;

Illi wara li din ir-rakkomandazzjoni kienet ikkomunikata lill-President ta’ Malta, l-E.T. l-President ta’ Malta qablet ma’ din ir-rakomandazzjoni u fil-25 ta’ April 2024 bis-saħħa tas-setgħat mogħtija lilha bl-Artikolu 93 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, ordnat li tingħata l-maħfra taħt il-kundizzjonijiet imsemmija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow