Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar investiment fil-komunitajiet – Il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar jingħata vann elettriku sabiex jintuża għal skopijiet komunitarji

pr240670
Date Icon 25/04/2024

Il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar, li jinkorpora fih tnax-il kunsill lokali, ibbenefika minn għotja mill-aġenzija LESA wara talba li ressaq għax-xiri ta’ vann elettriku sabiex jintuża għal skopijiet komunita.

Waqt il-preżentazzjoni tal-vann elettriku lill-kunsill reġjonali, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fakkar li fl-aħħar tliet snin, aktar minn €3.25 miljun ġew allokati mill-aġenzija LESA sabiex jitwettqu diversi proġetti fil-lokalitajiet f’Malta u f’Għawdex. Huwa qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbar it-tiġdid tal-iskema tal-LESA għal tliet snin oħra sabiex din l-aġenzija tkompli tinvesti f’diversi proġetti li jitressqu mill-kunsilli lokali sabiex igawdu l-komunitajiet diversi fil-Gżejjer Maltin.

“Il-gvern jibqa’ kommess li jsostni l-investiment fi proġetti li jolqtu u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-komunità,” qal il-Ministru Camilleri.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli rrimarkat li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-kunsilli reġjonali huwa li jsostnu u jassistu lill-kunsilli lokali fi ħdanhom fil-ħidma tagħhom. Hija qalet li dan il-vann tal-elettriku se jkun għodda oħra meħtieġa u ta’ użu bżonjuż fil-ħidma tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar. Hija faħħret l-impenn tal-kunsill reġjonali sabiex kiseb il-fondi għal dan il-vann, li permezz tiegħu se jkun qed isaħħaħ is-servizz tiegħu lejn it-tnax-il kunsill lokali fi ħdanu.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll il-President tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar, Jesmond Aquilina, u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija LESA, Svetlick Flores.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar investiment fil-komunitajiet – Il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar jingħata vann elettriku sabiex jintuża għal skopijiet komunitarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar investiment fil-komunitajiet – Il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar jingħata vann elettriku sabiex jintuża għal skopijiet komunitarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Aktar investiment fil-komunitajiet – Il-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar jingħata vann elettriku sabiex jintuża għal skopijiet komunitarji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow