Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Agħżlu d-djalogu, mhux il-forza”- Il-Ministru Ian Borg f’laqgħa bejn il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-EU u l-Kunsill ta’ Koperazzjoni fil-Golf

pr240653
Date Icon 23/04/2024

“L-aħħar żviluppi fil-Lvant Nofsani huma eskalazzjoni inkwetanti, u rridu naħdmu flimkien biex ninkoraġġixxu lil dawk kollha involuti biex jagħżlu d-djalogu u n-negozjati, mhux l-użu tal-forza." Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg saħaq fuq l-importanza ta' waqfien mill-ġlied immedjat fil-Lvant Nofsani waqt laqgħa għolja tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin Ewropej mal-Kunsill ta' Koperazzjoni fil-Golf, sabiex jiddiskutu s-sigurtà u l-koperazzjoni reġjonali, li saret il-Lussemburgu, it-Tnejn filgħaxija.

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni fil-Golf (GCC) huwa organizzazzjoni reġjonali li tgħaqqad flimkien il-Baħrejn, il-Kuwajt, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda.

Waqt id-diskussjoni, il-Ministru Borg spjega li Malta se tkompli tafferma l-importanza tad-djalogu u negozjati effettivi f'kull livell internazzjonali. Fil-fatt, hu diġà wassal din is-sejħa għad-djalogu lill-kollegi tal-Israel, l-Iran, il-Palestina, l-Istati Uniti u l-Arabja Sawdija fil-jiem li għaddew.

“Hekk kif enfasizzajt waqt il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, waqt dibattitu mmexxi minn Malta l-ġimgħa li għaddiet, jeħtieġ li niffukaw l-attenzjoni tagħna mill-ġdid fuq Gaża, u naħdmu lejn waqfien mill-ġlied immedjat u permanenti, il-ħelsien tal-ostaġġi, u għajnuna umanitarja adekwata," żied jgħid.

Il-ġuħ f'Gaża, in-numru dejjem jiżdied ta' mwiet u t-tifrik, flimkien mal-eskalazzjoni fix-Xatt tal-Punent u fil-Lvant ta' Ġerusalem qed ikomplu joħolqu tħassib kbir. “Is-sejħa tagħna lill-Iżrael biex tevita invażjoni f'Rafah għandha tkun imtennija bl-aktar mod ċar," fakkar il-Ministru Borg.

Malta qed tirrikonoxxi wkoll id-dikjarazzjonijiet pożittivi ta' Iżrael li saru dan l-aħħar dwar il-ftuħ mill-ġdid t'aktar aċċessi, u l-ftuħ t'aċċessi ġodda, għat-tramuntana ta' Gaża. Dan l-isforz għandu jissaħħaħ biex jiġi żgurat li l-għajnuna umanitarja tilħaq lill-komunitajiet li tant għandhom bżonnha.

Il-ministru rrefera wkoll għas-sitwazzjoni fil-Baħar l-Aħmar u fl-Istrett ta' Bab el-Mandeb, u nnota li l-attakki kontinwi tal-Houthi fuq bastimenti kummerċjali jeħtieġ jieqfu, sabiex jiġi evitat ir-riskju li jintilfu l-passi 'l quddiem għall-paċi li saru fil-Jemen.

Filwaqt li enfasizza l-impenn tal-Istati Uniti, l-Eġittu u l-Qatar sabiex terġa' tissokta l-istabbiltà fir-reġjun, mill-ġdid sejjaħ għal iżjed ħidma lejn in-negozjati għall-paċi. “F'dan l-istadju kruċjali, huwa ferm aktar importanti li d-djalogu u n-negozjati jirrenjaw fuq kollox, għaliex mingħajrhom tkompli tiżdied il-possibilità t'aktar eskalazzjoni," temm jgħid il-Ministru Borg.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Agħżlu d-djalogu, mhux il-forza”- Il-Ministru Ian Borg f’laqgħa bejn il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-EU u l-Kunsill ta’ Koperazzjoni fil-Golf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Agħżlu d-djalogu, mhux il-forza”- Il-Ministru Ian Borg f’laqgħa bejn il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-EU u l-Kunsill ta’ Koperazzjoni fil-Golf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Agħżlu d-djalogu, mhux il-forza”- Il-Ministru Ian Borg f’laqgħa bejn il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-EU u l-Kunsill ta’ Koperazzjoni fil-Golf
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Agħżlu d-djalogu, mhux il-forza”- Il-Ministru Ian Borg f’laqgħa bejn il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-EU u l-Kunsill ta’ Koperazzjoni fil-Golf
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow