Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Ippubblikata s-sejħa għall-offerti biex tinbena u titmexxa d-dar tal-anzjani ġdida fl-Imsida

pr240649
Date Icon 22/04/2024

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ħabbar li hekk kif kien imwiegħed, ġiet ippubblikata s-sejħa għall-offerti biex isir ix-xogħol fuq id-dar tal-anzjani fl-Imsida. 

B'investiment ta' 'l fuq minn €13.5 miljun, id-Dar tal-Anzjani fl-Imsida ser tinbena mill-ġdid. Id-dar li twaqqgħet kien ilha għal snin twal ma jsirilha rinnovar estensiv u kienet tilqa' 64 anzjan. Għaldaqstant kien deċiż li tinbena mill-ġdid ħalli tkun tista' tilqa' aktar minn 114-il anzjani u tkun tista' toffri servizzi tal-ogħla livell. Kienet ittieħdet id-deċiżjoni ukoll li l-anzjani li kienu jgħixu f'din id-dar jiġu rilokati.

Fl-istadju tal-ippjanar, mhux biss ittieħdet b'kunsiderazzjoni għall-kwalità tal-ħajja tal-anzjani, iżda ngħata wkoll importanza l-aspett ambjentali ta' dan il-proġett. B'hekk is-sejħa għall-offerti qed tirrikjedi li din id-dar tinbena bi standards għoljin favur aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija u qed tingħata importanza wkoll l-estetika tal-binja.


Aktar kmieni din is-sena, il-gvern kien ħabbar ukoll li ħarġet sejħa għall-offerti biex tinbena dar tal-anzjani ġdida f'Bormla. Dan ikompli juri l-investiment li l-gvern qed jagħmel biex jiżgura li qed jiġu offruti residenzi tal-ogħla livell lill-anzjani tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow