Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Myriam Spiteri Debono tiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Antigua u Barbuda

pr240647
Date Icon 22/04/2024

Il-President Myriam Spiteri Debono laqgħet lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Agrikoltura u l-Kummerċ ta' Antigua u Barbuda għal laqgħa fil-Palazz ta' San Anton.

Minkejja d-distanza ġeografika bejn il-pajjiżi rispettivi, Malta u Antigua u Barbuda għandhom ħafna elementi komuni.

Il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-pajjiżi rispettivi, li bdiet matul il-pandemija tal-Covid-19, kienet fil-qalba ta' dawn it-taħditiet.

Ġie diskuss ukoll l-istatus ta' Antigua bħala pajjiż ospitant tar-raba' Konferenza Internazzjonali dwar l-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw. B'mod partikolari, kien hemm qbil li l-opportunitajiet għal aktar kooperazzjoni bejn iċ-Ċentru ta' Eċċellenza tal-Istati Żgħar li huwa bbażat f'Malta u ċ-Ċentru ta' Eċċellenza tal-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw ibbażat f'Antigua għandhom jiġu esplorati aktar wara t-tnedija ta' dan iċ-ċentru.

L-Aġent Ministru għall-Affarijiet Barranin Silvio Schembri, kien preżenti wkoll għal-laqgħa.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Myriam Spiteri Debono tiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Antigua u Barbuda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Myriam Spiteri Debono tiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Antigua u Barbuda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Myriam Spiteri Debono tiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Antigua u Barbuda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Myriam Spiteri Debono tiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Antigua u Barbuda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Myriam Spiteri Debono tiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Antigua u Barbuda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow