Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL

PR240646
Date Icon 22/04/2024

L-EWA u l-FSWS jikkollaboraw għad-distribuzzjoni tal-kits “L-Ilma – Ibda Minnek" li jippromwovu għajxien sostenibbli

L-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) flimkien mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) ħabbru kollaborazzjoni bejniethom sabiex jitqassam tagħmir biex jiġi ffrankat l-ilma bħala parti mill-kampanja “L-Ilma – Ibda Minnek". L-għan ta' din l-inizjattiva hu li jkomplu jiġu promossi prattiċi ta' għajxien sostenibbli madwar Malta u Għawdex.

It-tagħmir tal-kampanja “L-Ilma – Ibda Minnek" se jitqassam f'diversi postijiet sabiex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għall-komunitajiet, b'mod partikolari lill-persuni vulnerabbli fis-soċjetà. Il-persuni eliġibbli għal dawn il-kits diġà ġew mgħarrfa permezz ta' ittra, li jippermettilhom li jiġbru dan it-tagħmir.

Dan it-tagħmir huwa għodda utli biex tkompli titkabbar il-kuxjenza dwar il-konservazzjoni tal-ilma u fl-istess waqt, jiffrankaw il-flus lill-familji. Il-familji li se jkunu parti minn din id-distribuzzjoni se jingħataw ukoll informazzjoni u istruzzjonijiet dwar kif jagħmlu l-aħjar użu minn dan it-tagħmir. It-tqassim ser isir bejn April u Mejju, fejn se jitqassmu 'l fuq minn 11,000 water gift pack u 12,000 water kit, f'28 punt ta' distribuzzjoni.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli qalet li, “Din il-kollaborazzjoni tfisser pass sinifikanti 'l quddiem fl-impenn tagħna għas-sostenibbiltà għal kulħadd. Permezz ta' din il-kollaborazzjoni ser nkunu qed inqassmu kits prattiċi tal-“ILMA  – Ibda Minnek". Din hija azzjoni tanġibbli favur futur iktar sostenibbli u se tgħin lil dawn il-familji biex ikunu aktar effiċjenti fil-konsum tal-ilma tagħhom, jiffrankaw il-flus u jaħlu inqas ilma."

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon fakkar illi Malta qed toffri l-anqas prezzijiet tal-enerġija fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u kif dan qed ikun rifless f'aktar flus fil-bwiet tan-nies u inċentiv speċjalment għal min jiflaħ l-inqas. “Din tal-lum mhijiex miżura iżolata, hemm numru ta' miżuri oħra, bħaż-żieda addizzjonali fil-COLA, iż-żieda fil-minimum wage, pensjonijiet imsaħħa sena wara oħra, mingħajr ebda taxxa addizzjonali. Dan il-Gvern jifhem ir-realtajiet tan-nies u għalhekk ser ikompli jkun t'għajnuna u soljev," saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Michael Schembri, Chief Policy Officer tal-Ilma fi ħdan l-EWA saħaq fuq l-importanza ta' kollaborazzjonijiet bħal dawn bejn entitajiet diversi li jwasslu sabiex finalment igawdu kemm il-pubbliku kif ukoll il-pajjiż mill-aspetti ambjentali u finanzjarji.

Fil-konservazzjoni tal-ilma, kif sostnut permezz ta' din l-inizjattiva, m'għandhiex tiġi kompromessa l-kwalità tal-ħajja, imma li jsir sforz li r-riżorsi jiġu użati b'mod għaqli waqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Hija għalhekk importanti li kulħadd ikun konxju dwar prattiċi ta' konservazzjoni tal-ilma u jikkontribwixxi b'mod attiv favur il-ħarsien tar-riżorsa tal-ilma.

Il-kollaborazzjoni bejn l-EWA u l-FSWS, turi biċ-ċar l-impenn lejn prattiċi ta' għajxien sostenibbli, waqt li jiġu indirizzati l-bżonnijiet soċjali. Permezz ta' inizjattivi bħall-kampanja “L-Ilma – Ibda Minnek", nistgħu b'mod kollettiv nimmiraw li jkollna soċjetà iktar reżiljenti u konxja ambjentalment, biex jiġi assigurat futur sabiħ għal kulħadd.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow