Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ftehim li se jfisser opportunitajiet akbar għal Special Olympics Malta

pr240645
Date Icon 22/04/2024

F'konferenza tal-aħbarijiet fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, il-Ministru Clifton Grima u l-President ta' Special Olympics Malta Dr Lydia Abela ppresedew fuq l-iffirmar ta' ftehim ġdid bejn SportMalta u Special Olympics Malta li se jwassal biex SportMalta tgħaddi €600,000 lil Special Olympics Malta fuq perjodu ta' tliet snin.

Dan il-ftehim se jkun qed jgħin lill-atleti ta' Special Olympics Malta biex ikunu jistgħu jkomplu jipparteċipaw fil-Logħob Internazzjonali tal-Olimpjadi Speċjali u anke f'training camps barra minn xtutna. Barra minn hekk, permezz ta' dawn il-fondi, Special Olympics Malta se tinvesti f'kits u apparat li jkollha bżonn minn żmien għal żmien.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ. Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima tkellem dwar is-sinerġija bejn il-Ministeru u entitajiet li permezz tagħha qed ikun hemm benefiċċju għal diversi setturi tas-soċjetà, f'dan il-każ Special Olympics Malta. “Din il-kollaborazzjoni qed tgħin u qed tħalli l-frott tagħha, tant li fl-aħħar snin l-atleti ta' Special Olympics kisbu diversi suċċessi kemm fuq livell sportiv, anke fil-fora internazzjonali, kif ukoll fuq livell uman u personali fejn jintlaħaq l-iżvilupp sħiħ tal-persuna", qal il-Ministru Grima.

Il-President ta' Special Olympics Malta Dr Lydia Abela fissret il-ftehim issiġillat bħala wieħed li jsaħħaħ l-inklużjoni fl-isport. Mart il-Prim Ministru Dr Abela spjegat kif il-ftehim bejn Special Olympics Malta u Sport Malta mhux biss se jgħin finanzjarjament iżda se jsaħħaħ l-għodda meħtieġa lil min iħarreġ l-atleti ta' Special Olympics. Hija sostniet li l-atleti, li huma wkoll ambaxxaturi Maltin, jeħtieġ ma jistriħux fuq is-suċċessi miksuba fl-aħħar snin iżda jħarsu 'l quddiem u jkomplu jaħdmu qatigħ biex jiksbu aktar.

Dr Lydia Abela rringrazzjat kemm lil Sport Malta u lill-Ministeru responsabbli mill-isport tal-appoġġ u filwaqt li sellmet lill-ġenituri tal-atleti u lil dawk li jaħdmu b'risq Special Olympics Malta, qalet li din l-għaqda hi komunità b'saħħitha li toħroġ valuri sbieħ sportivi.

Il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar tkellem dwar il-ħidma diversa li hemm bejn SportMalta u Special Olympics. “L-impjegati ta' SportMalta huma kommessi li jgħinu lil Special Olympics Malta fl-avvenimenti li jiġu organizzati, apparti li bħala entità, nagħtu għajnuna varja, fosthom dik  finanzjarja lill-coaches għas-sessjonijiet li jkollhom mal-atleti ta' Special Olympics", qal Cutajar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ftehim li se jfisser opportunitajiet akbar għal Special Olympics Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ftehim li se jfisser opportunitajiet akbar għal Special Olympics Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Ftehim li se jfisser opportunitajiet akbar għal Special Olympics Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow