Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER

pr240635
Date Icon 20/04/2024

“Iż-żgħażagħ Ewropej għandhom jiskopru mill-ġdid il-prinċipji fundamentali tal-integrazzjoni Ewropea, u d-dar komuni tagħna, li hi l-Ewropa", tenna d-Deputy Speaker David Agius meta indirizza l-NSTF Mini-European Assembly li tlaqqa' dalgħodu ġewwa l-binja tal-Parlament.

Id-Deputy Speaker qal dan meta rrifera għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li ser isir f'kuntest ta' kriżi minħabba l-Gwerra fl-Ukraina u l-instabbiltà fil-Lvant Nofsani. Hu kompla billi qal li l-familja Ewropea għandha tkun miftuħa għal popli oħra, fejn magħhom l-Ewropa trid dejjem tfittex li jkollha relazzjonijiet mill-qrib mibnija fuq id-dritt internazzjonali u b'rispett lejn id-dinjità tal-persuna umana.

Fid-diskors tiegħu hu fakkar liż-żgħażagħ preżenti  kif beda l-proċess ta' integrazzjoni Ewropea hekk kif ġiet fi tmiem tagħha t-Tieni Gwerra Dinija, fejn fakkar li mexxejja Ewropej qablu li jieħdu inizjattiva politika u ta' natura ekonomika favur is-sliem u l-paċi fid-dinja. Dan kien ukoll ifisser tiġdid tal-interess komuni tal-pajjiżi Ewropej, fost dawn, fir-rispett tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali tal-Persuna Umana, id-demokrazija parlamentari, is-solidarjetà soċjali u d-determinazzjoni tagħhom li jingħaqdu flimkien biex jiżguraw li l-Ewropa ma tgħaddix għal darb'oħra mit-tifrik u mwiet ta' gwerra. 

L-Onorevoli David Agius qal li dan kien ifisser li l-pajjiżi Ewropej ħolqu strutturi politiċi, ekonomiċi, u anke ta' natura kulturali u soċjali biex l-aspirazzjoni komuni tal-ġnus Ewropej jitwettqu minkejja sitwazzjonijiet diffiċli ħafna tal-Gwerra l-Bierda, bl-Ewropa maqsuma fi tnejn, dawk l-Ewropej li iħaddnu prinċipji ta' demokrazija parlamentari u l-ħarsien tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali tal-Persuna Umana, u l-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa taħt l-influwenza Sovjetika u komunista. Hawn fakkar ukoll dwar l-importanza tal-waqa' tal-ħajt ta' Berlin li fiżikament kien jifred lill-Ewropej u li dan l-avveniment ġab miegħu nifs ġdid, u tama ġdida. 

Matul is-seduta ipparteċipaw diversi studenti. Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u mill-MP Eve Borg Bonello, Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow