STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Fl-aħħar xhur il-Gvern għalaq numru ta' ftehimiet kolletivi ma' numru ta' unjins u li jkopru eluf ta' ħaddiema, inkluż fis-settur edukattiv, u bħal ma kienx xħiħ mal-ebda settur, żgur mhux se jkun xħiħ mal-edukaturi. Anzi, illum qed ipoġġi fuq il-mejda offerti li huma ferm aħjar minn l-aħħar ftehim, li kien wieħed storiku.
L-Oppożizzjoni, bl-iskop li tfixkel għall-għanijiet populisti tagħha, tibqa' l-uniku parti iżolata u ma tirrikonoxxix id-diskussjonijiet maturi li għaddejjin dwar ftehim kollettiv ġdid.
Anki l-unjin li qed tirrappreżenta l-ħaddiema, l-MUT, tirrikonoxxi l-progress li sar fid-diskussjonijiet u l-Gvern iqis ir-rappreżentanti tal-edukaturi bħala sieħeb importanti u strateġiku biex tkompli għaddejja l-ħidma li kompliet tiżviluppa b'mod pożittiv fl-aħħar ġimgħat għall-ġid tal-edukaturi u s-settur edukattiv.
Fl-MCAST, filwaqt li l-Gvern jirrispetta l-awtonomija tal-Kulleġġ, kien pro-attiv u permezz tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni qed jintervjeni u jagħti l-għajnuna meħtieġa fid-diskussjonijiet biex anki f'dan il-kulleġġ, kull edukatur ikollu l-aqwa kundizzjonijiet li jaħdem fihom.
Il-Gvern mhux biss impenjat li jsaħħaħ l-investiment fl-infrastruttura edukattiva għal ambjent isbaħ fl-iskejjel kif rajna fl-aħħar xhur iżda prinċipju ewlieni tiegħu jibqa' li kif diġà għamel fi ftehim riċenti li laħaq għall-ewwel darba għall-Istitut għall-Edukazzjoni, l-edukaturi kollha jkollhom pakkett finanzjarju xieraq, sostenibbli u b'titjib fil-kundizzjonijiet tal-professjoni tagħhom.
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261928