Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inċentivi b’saħħithom għal għażliet ambjentali

pr240632
Date Icon 20/04/2024

L-inċentivi li nagħtu favur qalbiet ambjentali jagħtu wkoll l-opportunità lill-konsumaturi jagħmlu għażliet importanti. Dan irrimarkah il-Prim Ministru Robert Abela fix-showroom ta' Michael Debono Ltd. fl-okkażjoni li mmarkat aktar minn sittin sena ta' sħubija bejn il-kumpanija Maltija u dik Ġappuniża, Toyota.

F'indirizz li għamel, il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif l-aħħar ċifri uffiċjali juru żieda ta' kważi 7% fir-reġistrar ta' vetturi li jniġġsu anqas. Il-Prim Ministru Abela qal li l-inċentivi b'saħħithom li kompla jagħti l-Gvern anki fil-Budget għal din is-sena favur l-investiment f'vetturi li jniġġsu anqas, joħolqu wkoll ambjent fejn dawn it-tip ta' vetturi jkunu aktar affordabbli għall-konsumaturi Maltin u Għawdxin.

Dr Abela saħaq li rridu nkomplu ninċentivaw favur l-użu ta' vetturi elettriċi u qed ikompli għaddej ix-xogħol fl-installazzjoni ta' charging points madwar il-pajjiż kollu. Sostna li pajjiżna joffri uħud mill-aqwa rati għaċ-charging tal-vetturi elettriċi. Il-Prim Ministru aċċenna li din il-qalba ambjentali mhiex waħda ta' konvenjenza iżda waħda strateġika favur li jintlaħaq l-għan biex Malta tkun carbon neutral.

Il-Prim Ministru qal li l-kumpanija Maltija hi wkoll eżempju ieħor tal-imprenditorjat Malti li qed jagħmel suċċess. Innota wkoll l-enfasi fuq is-sostenibbiltà u d-diversifikazzjoni tan-negozju f'setturi diversi. Il-kumpanija tagħti importanza wkoll lit-taħriġ tal-ħaddiema. Huwa temm jawgura lit-tmexxija ta' Michael Debono Ltd. u fisser kif b'kollaborazzjoni kollettiva nistgħu nġibu bidla favur is-sostenibbiltà f'aspetti differenti li minnha jgawdi kulħadd.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inċentivi b’saħħithom għal għażliet ambjentali
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inċentivi b’saħħithom għal għażliet ambjentali
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inċentivi b’saħħithom għal għażliet ambjentali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow