Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iż-żgħażagħ fiċ-ċentru taċ-ċinematografija permezz tal-inizjattiva ta’ Aġenzija Żgħażagħ ‘Jumpstart Youth Film Festival’

pr240629
Date Icon 19/04/2024

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti attenda għall-premjazzjoni tar-rebbieħa tal-Jumpstart Youth Film Festival organizzat minn Aġenzija Żgħażagħ b'kollaborazzjoni mal-iskejjel.

Dan il-festival ittella' bil-għan li jħeġġeġ żgħażagħ ta' bejn il-15 u s-16-il sena jiżviluppaw interess fil-produzzjoni tal-films u jifhmu l-proċessi ta' wara l-kwinti. Din l-inizjattiva trawwem ukoll il-kreattività u l-espressjoni artistika fost iż-żgħażagħ.

Il-festival ospita 10 skejjel, li kollettivament issottomettew 26 film. Din l-inizjattiva kienet tinvolvi d-dedikazzjoni u l-passjoni tal-istudenti li ħadmu bla heda fuq il-proġetti tagħhom, u l-għalliema tagħhom li kienu strumentali biex jiggwidaw lill-istudenti lejn il-kisba tal-għanijiet kreattivi tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti spjega li l-benefiċċji edukattivi tal-produzzjoni tal-films jestendi lil hinn mill-forma tal-arti nnifisha. Kompla jispjega li l-parteċipazzjoni fi proġetti tal-films tgħin lill-istudenti jiżviluppaw diversi ħiliet fosthom, time management, ħiliet fil-qasam tal-komunikazzjoni u kif taħdem f'tim.

“Il-festival mhuwiex biss dwar il-wiri tal-films, iżda wkoll jixpruna passjoni għar-rakkontar tal-istejjer, il-kreattività u l-kollaborazzjoni. Huwa essenzjali li nkomplu nappoġġaw u nrawmu t-talent taż-żgħażagħ, filwaqt li niżguraw li dawn ikollhom l-għodod u l-opportunitajiet biex jirnexxu fil-futur," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iż-żgħażagħ fiċ-ċentru taċ-ċinematografija permezz tal-inizjattiva ta’ Aġenzija Żgħażagħ ‘Jumpstart Youth Film Festival’
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iż-żgħażagħ fiċ-ċentru taċ-ċinematografija permezz tal-inizjattiva ta’ Aġenzija Żgħażagħ ‘Jumpstart Youth Film Festival’
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Iż-żgħażagħ fiċ-ċentru taċ-ċinematografija permezz tal-inizjattiva ta’ Aġenzija Żgħażagħ ‘Jumpstart Youth Film Festival’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow