Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Negozju tal-familja jkompli jespandi bil-ftuħ tat-tieni ħanut f’Ħaż-Żebbuġ

pr240628
Date Icon 19/04/2024

Kumpanija Maltija mmexxija mill-familja Borg, din il-ġimgħa ħabbret espansjoni tan-negozju tagħha bil-ftuħ tat-tieni ħanut, Ta' Xmun, f'Ħaż-Żebbuġ. 

Ta' Xmun ilha li twaqqfet mill-2010, iżda l-familja Borg ilha ferm aktar f'dan is-settur. L-isem Xmun fil-fatt ġej mill-bużnannu ta' din il-familja hekk kif fl-1930 hu kien fetaħ l-ewwel ħanut tiegħu fil-Belt Valletta.

Waqt il-ftuħ tal-ħanut f'Ħaż-Żebbuġ, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, semma li INDIS Malta għal darb'oħra kienet ta' appoġġ biex dan in-negozju seta' jikber. “Dan huwa eżempju tas-suċċess tal-ekonomija tagħna, fejn entitajiet bħal INDIS tgħin lin-negozji f'pajjiżna biex familji Maltin, fosthom il-familja Borg, iwettqu l-ħolm tagħhom," tenna l-Ministru Schembri.

Waqt id-diskors tagħha, il-familja Borg ħabbret ukoll li qed taħdem għall-espansjoni f'fabbrika ġdida fis-snin li ġejjin sabiex tkabbar l-operat tagħha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Negozju tal-familja jkompli jespandi bil-ftuħ tat-tieni ħanut f’Ħaż-Żebbuġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Negozju tal-familja jkompli jespandi bil-ftuħ tat-tieni ħanut f’Ħaż-Żebbuġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Negozju tal-familja jkompli jespandi bil-ftuħ tat-tieni ħanut f’Ħaż-Żebbuġ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow