Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Skema sabiex titrawwem aktar imħabba għall-qari fost it-tfal

pr240627
Date Icon 19/04/2024

Għaxar kunsilli lokali, li jiffurmaw parti mir-Reġjun Punent, se jibbenefikaw minn skema li għandha l-għan li tippromwovi u tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-qari fost it-tfal. F'konferenza tal-aħbarijiet, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb 2024, ġie spjegat li din l-iskema se tgħin biex jitħejjew programmi interattivi fejn f'kull lokalità, flimkien ma' xi għaqdiet u skejjel primarji, jittellgħu attivitajiet bħal puppet shows, makkjetti b'forma ta' forum theatre, laqgħat ma' awturi u inizjattivi edukattivi oħra li kollha jwasslu messaġġ pożittiv favur il-ktieb.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, laqgħet b'sodisfazzjon din l-inizjattiva li se tqajjem iżjed kuxjenza u għarfien fost it-tfal dwar il-qari. Qalet li l-qari għandu jkun rutina ta' kuljum fost it-tfal u għalhekk għandu jsir dak kollu meħtieġ sabiex titrawwem iżjed imħabba għal ktieb.

“Ilkoll nafu kemm hu importanti u bżonjuż il-qari, kemm sabiex wieħed itejjeb il-ħiliet fil-letteratura u anke sabiex it-tfal iżidu l-għarfien dwar suġġetti varji. Bħala gvern se nkomplu nkunu spalla mar-reġjuni u l-kunsilli lokali sabiex ikomplu jieħdu inizjattivi bħal dawn," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Il-President tar-Reġjun Punent, Sandro Azzopardi, qal li l-għan ta' din l-inizjattiva hu li bħala reġjun jissaħħaħ l-aspett edukattiv fost it-tfal residenti fil-lokalitajiet rispettivi. Spjega li minkejja li diġà hemm libreriji pubbliċi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, dawn se jissaħħu b'iżjed għarfien sabiex eventwalment dawn il-libreriji jintużaw iżjed.

Intant, il-lokalitajiet li se jibbenefikaw minn dawn l-iskema huma Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Safi, iż-Żurrieq, ir-Rabat, l-Imdina u Ħad-Dingli.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Skema sabiex titrawwem aktar imħabba għall-qari fost it-tfal
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow