Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Eko Skola fil-Parlament ta’ Malta

PR240626
Date Icon 19/04/2024

Dalgħodu, id-Deputy Speaker tal-Kamra tad-Deputati, David Agius, mexxa l-fażi finali ta' Eko Skola 2024 fil-Parlament ta' Malta.

Dan il-programm edukattiv dwar l-ambjent Eko Skola tnieda 22 sena ilu minn Nature Trust – Malta fl-2002. Sentejn wara, fl-2004, il-fażi finali ta' Eko Skola bdiet issir fil-Parlament ta' Malta. Għalhekk, Nature Trust – Malta, qed tiċċelebra l-għoxrin sena mindu s-sezzjoni finali ta' Eko Skola bdiet issir fil-Parlament.

Id-Deputy Speaker irrefera għall-qagħda preżenti fid-dinja bħala xejn tajba. Apparti l-konflitti mxerrda mad-dinja kollha, l-effetti tat-tibdil fil-klima qed jolqtu ħażin li l-iżvilupp uman, inkluż l-ambjent. Tinħass dejjem l-urġenza li jittieħdu deċiżjonijiet importanti, inklużi miżuri preventivi biex iħarsu u anke ntejbu l-ambjent ta' Malta għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Il-parteċipanti tfal u żgħażagħ iddiskutew mozzjoni li għamlet referenza għal għadd ta' għanijiet strateġiċi. Dawn huma:

  • Tranżizzjoni lejn Ekonomija Newtrali għall-Klima, Ekoloġija u Blu;
  • Lejn Preservazzjoni tal-Iżvilupp Urban Sostenibbli u l-Wirt Kulturali;
  • Niżguraw Ħajja b'Saħħitha u Benesseri għal Kulħadd;
  • Naċċeleraw it-Transformazzjoni Diġitali, il-Mobilità Intelliġenti u l-Konnettività; u
  • Niksbu Ġustizzja Soċjali u Prosperità għal Kulħadd.

Din l-edizzjoni ta' Eko Skola fil-Parlament ġiet indirizzata wkoll mill-Prim Ministru ta' Malta, Robert Abela, il- Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Randolph De Battista M.P., Justin Schembri M.P., u Rebekah Borg M.P.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Eko Skola fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Eko Skola fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Eko Skola fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Eko Skola fil-Parlament ta’ Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Eko Skola fil-Parlament ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow