Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – Ġunju 2024

PR240625
Date Icon 19/04/2024

Nomini ta' Kandidati

Il-kummissjonarji elettorali javżaw li ser jirċievu nomini ta' kandidati onlajn għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali mill-Ħamis 25 ta' April fid-9.00 a.m. sat-Tnejn 29 ta' April, 2024, fis-7.00 p.m. (ħin ta' Malta). Applikazzjonijiet onlajn isiru permezz tal-websajt www.electoral.gov.mt. Hawnhekk tinstab għajnuna kif għandha ssir applikazzjoni onlajn. Kandidati li jagħżlu li ma jħallsux id-depożitu ta' disgħin euro (€90) onlajn iridu jassiguraw li jagħmlu dan bl-idejn sa mhux aktar tard mis-7.00 p.m tad-29 ta' April 2024.

Il-kummissjonarji elettorali javżaw ukoll li ser jirċievu nomini ta' kandidati fl-uffiċċji tagħhom fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, Misraħ San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, minn nhar il-Ħamis il-25, il-Ġimgħa s-26, is-Sibt is-27, il-Ħadd it-28 u t-Tnejn id-29 ta' April, 2024, mid-9.00 a.m. sas-1.00 p.m.  u mit-3.00 p.m. sas-7.00 p.m.

Il-kandidati huma avżati li jridu jippreżentaw il-karta tal-identità tagħhom u li l-parti ta' fuq tal-formola tan-nomina għandu jkollha d-dettalji tal-kandidat skont kif jidhru fir-reġistru elettorali li se jkun ippubblikat fl-20 ta' April, 2024. F'każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta' mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika u awtentikata minn nutar pubbliku jew Kummissarju tal-Ġuramenti. Ma' kull nomina għandu jsir depożitu ta' €90.

Il-formoli ta' applikazzjoni għan-nomini ta' kandidati jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini fil-ħinijiet imsemmija u jistgħu jitniżżlu mill-websajt tal-Kummissjoni Elettorali minn https://www.electoral.gov.mt/Elections.

Il-kandidati huma infurmati li t-teħid ta' ritratti jew filmati waqt il-proċess tas-sottomissjoni tan-nomini ser ikun ristrett.

Oġġezzjonijiet għan-nomini jintlaqgħu wkoll fl-imsemmi uffiċċju mill-kummissjonarji, fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini kif ukoll nhar it-Tlieta t-30 ta' April, 2024 fl-istess ħinijiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow