Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Għar-raba’ sena se jingħata internet b’xejn lill-istudenti li komplew immedjatament wara Year 11 l-istudji postsekondarji tagħhom

pr240624
Date Icon 19/04/2024

B'investiment ta' €1,000,000, madwar 3,200 student u studenta se jgawdu minn internet b'xejn għal sena. Din il-miżura se jgawdu minnha l-istudenti li huma eliġibbli għal stipendju, u komplew jistudjaw immedjatament wara Year 11 (Form 5), fil-livell postsekondarji fi skejjel tal-gvern, dawk indipendenti u tal-Knisja, u dawk vokazzjonali fl-MCAST u l-ITS.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

L-għajnuna se tingħata f'forma ta' vawċers ta' €300 li se jibdew jitqassmu fl-aħħar ġimgħa ta' Mejju 2024, u jkunu jistgħu jissarrfu sa nhar is-Sibt, 31 ta' Awwissu 2024. Wara din id-data l-vawċers ma jibqgħux validi.

Il-Ministru Clifton Grima qal li din hija r-raba' sena li qed tkun implimentata din il-miżura, biex b'hekk s'issa sar investiment ta' €4 miljun li gawdew minnu 'l fuq minn 6,000 student u studenta. “Din il-miżura, flimkien ma' inizjattivi oħrajn, hija konferma oħra tal-impenn li għandu dan il-gvern biex jinkoraġġixxi l-istudenti jkomplu għaddejjin bl-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni obbligatorja," tenna l-Ministru Grima.

L-istudenti se jirċievu link biex jindikaw il-fornitur ta' servizzi tal-internet (Internet Service Provider) tal-għażla tagħhom. Wara, lejn l-aħħar ta' Mejju, se jirċievu l-vawċer ta' €300 għal internet b'xejn permezz ta' email, li se jkunu jistgħu jsarrfuh għand wieħed mit-tliet fornituri ta' servizzi tal-internet fil-gżejjer Maltin (Epic, GO u Melita) u għalhekk ikunu jistgħu jixtru servizz tal-internet għal 12-il xahar. Kull student jista' jagħżel kwalunkwe skema tal-internet offruta għal dan il-valur tal-vawċer. Il-vawċer tal-internet b'xejn jista' jintuża biex jiġi ttoppjat kont attiv tal-Internet li l-istudent diġà għandu.

Għal dan il-għan, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni qed iġedded il-ftehim mat-tliet fornituri tas-servizzi tal-internet biex jieħdu parti f'din l-inizjattiva u joffru l-aħjar pakkett ta' internet on-the-go lill-istudenti.

Iżjed informazzjoni dwar din l-inizjattiva tista' tinkiseb billi l-istudenti jċemplu fuq 153 jew jibagħtu email fuq internetvouchers.meyr@gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Għar-raba’ sena se jingħata internet b’xejn lill-istudenti li komplew immedjatament wara Year 11 l-istudji postsekondarji tagħhom
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Għar-raba’ sena se jingħata internet b’xejn lill-istudenti li komplew immedjatament wara Year 11 l-istudji postsekondarji tagħhom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow