Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta b’pożizzjoni konsistenti għall-waqfien mill-ġlied fil-Lvant Nofsani

pr240622
Date Icon 19/04/2024

Il-Ministru Ian Borg imexxi dibattitu ieħor tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda

“L-unika soluzzjoni għall-paċi u s-sigurtà hija l-waqfien mill-ġlied. Bil-ġlied se nieħdu biss aktar imwiet tal-innoċenti. Ejjew flimkien naħdmu għal soluzzjonijiet paċifiċi", kien il-messaġġ ċar u inekwivoku tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u l-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda Ian Borg waqt li indirizza dibattitu organizzat minn Malta dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani.

Fil-laqgħa, li saret fil-Kwartieri tan-Nazzjonijiet Magħquda fi New York, tkellmu l-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà flimkien ma' kelliema għall-Palestina u l-Iżrael, u 45 pajjiż membru tan-Nazzjonijiet Magħquda oħra. Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti qal li huwa inkwetanti u fuq kollox inaċċettabbli li t-talba tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda għall-waqfien mill-ġlied f'Gaża ġiet injorata u fakkar li d-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jiġu rispettati, kif imniżżel fil-Karta tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Il-Ministru Borg għal darb'oħra talab lil Hamas biex tirrilaxxa lill-ostaġġi Iżraeljani immedjatament u bla ebda kundizzjoni. Fl-istess ħin, skont rapporti, aktar minn 33,000 Palestinjani mietu fl-aħħar xhur u bosta oħrajn ħadd ma jaf x'sar minnhom. Dawn l-imwiet għandhom jitwaqqfu wkoll. Fakkar ukoll li kull ostaklu sabiex titwaqqaf l-għajnuna umanitarja tmur kontra l-liġi internazzjonali.

“L-effett ta' dan il-kunflitt qed iħalli bosta riperkussjonijiet devastanti fuq ir-reġjun u hemm bżonn di-eskalazzjoni mill-aktar fis," tenna Ian Borg u fakkar fil-kliem tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda António Guterres li la r-reġjun u wisq anqas id-dinja ma jista' jkollha gwerra. Malta reġgħet insistiet il-pożizzjoni tagħha favur soluzzjoni politika ta' żewġ stati, li tindirizza l-aspirazzjonijiet taż-żewġ naħat, b'Ġerusalem, il-kapitali ta' dawn iż-żewġ stati li jgħixu f'paċi u sigurtà.

Fl-isfond ta' dan id-dibattitu, fl-irwol tiegħu ta' President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, il-Ministru Borg kellu laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Iran Hossein Amir Abdollayan. Malta reġgħet kienet ċara fil-pożizzjoni tagħha li l-attakki riċenti li saru minn dan il-pajjiż huma inaċċettabbli, u li m'għandux ikun hemm aktar eskalazzjoni ta' dan il-kunflitt. Il-Ministru Borg kellu wkoll taħditiet ma' Dennis Francis, il-President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Fl-istess jum, quddiem il-Kunsill tas-Sigurtà, tressqet għall-vot riżoluzzjoni sabiex il-Palestina tiġi rikonoxxuta bħala membru sħiħ tan-Nazzjonijiet Magħquda. Ir-riżoluzzjoni kisbet il-maġġoranza tal-voti tal-15-il membru tal-Kunsill, inkluż dak ta' Malta, iżda m'għaddietx minħabba l-użu tal-veto mill-Istati Uniti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta b’pożizzjoni konsistenti għall-waqfien mill-ġlied fil-Lvant Nofsani
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta b’pożizzjoni konsistenti għall-waqfien mill-ġlied fil-Lvant Nofsani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow