Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Rapport tal-Bord Nazzjonali tal-Produttività jinnota l-fatturi li qed iwasslu għat-tkabbir ekonomiku

pr240619
Date Icon 18/04/2024

Waqt konferenza organizzata mill-Bord Nazzjonali tal-Produttività ġie ppreżentat ir-rapport annwali tagħhom li ffoka fuq il-produttività, fost oħrajn.

Ir-rapport innota li s-setturi tal-Informazzjoni u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni (ICT), kif ukoll is-servizzi finanzjarji qed jesperjenzaw tkabbir tajjeb ħafna.  Ir-rapport indika wkoll setturi oħrajn li qed ikomplu jissaħħu, fosthom is-setturi finanzjarji. Ir-rapport jagħmel ukoll għaxar rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi aċċertat li l-pajjiż jibqa' jsaħħaħ l-ekonomija tiegħu, waqt li jkompli jesperjenza tkabbir ekonomiku b'saħħtu, kif ġara fl-aħħar snin.

Fl-indirizz tiegħu waqt din il-konferenza, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul innota b'sodisfazzjon kemm dan ir-rapport jindika biċ-ċar kemm il-politika tal-Gvern sejra fid-direzzjoni t-tajba. Dan fl-isfond ta' tkabbir ekonomiku sinifikanti li pajjiżna qed jesperjenza, flimkien ma' żieda fil-paga minima u riformi oħrajn.

Is-segretarju parlamentari innota wkoll l-impatt pożittiv li qed iħalli f'pajjiżna l-Investiment Dirett Barrani, il-progress fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, u t-titjib fil-qasam edukattiv. Huwa qal li dawn ir-riżultati pożittivi nkisbu wkoll grazzi għad-djalogu soċjali b'saħħtu li għandna f'pajjiżna.

“Inħares 'il quddiem biex bħala Gvern inkomplu naħdmu flimkien mal-imsieħba soċjali u l-Bord Nazzjonali tal-Produttività sabiex inkomplu niksbu riżultati pożittivi għal pajjiżna, u anke sabiex tkompli titkabbar l-ekonomija u b'mod tanġibbli jkomplu jgawdi l-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin," temm jgħid is-segretarju parlamentari, filwaqt li rringrazzja lill-membri kollha tal-Bord, lill-ekonomisti u l-esperti oħra li ħadmu fuq dan ir-rapport estensiv, li issa jinsab quddiem il-Kummissjoni Ewropea. 

Il-konferenza kienet immexxija miċ-Chairperson tal-Bord Nazzjonali tal-Produttività u tal-MCESD, il-Perit David Xuereb.  Waqt diskussjoni li saret fil-konferenza, tkellmu wkoll il-Prof Joseph Borg, is-Sur Andy Gatesy, is-Sinjura Ruth Debrincat, u s-Sur Mark Bajada.  I-kumpanija EMCS, responsabbli mir-rapport, ippreżentat analiżi dettaljata tar-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Din il-preżentazzjoni saret mill-Prof Philip von Brockdorff, Dr Jonathan Spiteri u s-Sur Kurt Muscat.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Rapport tal-Bord Nazzjonali tal-Produttività jinnota l-fatturi li qed iwasslu għat-tkabbir ekonomiku
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Rapport tal-Bord Nazzjonali tal-Produttività jinnota l-fatturi li qed iwasslu għat-tkabbir ekonomiku
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 student jieħdu sehem fil-Malta Skills Championships 2026

PR261928

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 320 studen...

More Press Releases Right arrow