Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inwettqu Flimkien: Inawgurat pitch tal-bocce f’Ħad-Dingli

pr240567
Date Icon 12/04/2024

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin u l-logħob b'mod ġenerali tal-iSpecial Olympics li saru f'Malta fl-2022, il-kumitat tal-ispecial Olympics Malta xtaq iħalli wirt dejjiemi għall-atleti u dawk li jridu jidħlu fid-dinja sportiva, permezz ta' pitch tal-bocce f'Ħad-Dingli bħala l-ewwel lokalità li għandu pitch ta' din ix-xorta għall-użu tal-komunità.


Dan il-pitch ġie inawgurat mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli u l-President ta' Special Olympics Malta Dr Lydia Abela.

Fi sforz biex l-atleti jingħataw struttura permanenti għat-taħriġ u l-prattika li jista' jitgawda wkoll mill-komunità, ġie miftiehem mill-kumitat tal-Ispecial Olympics Malta li jinbena dan il-pitch tal-bocce tal-għola livell fi Ġnien il-Ħaddiem f'Ħad-Dingli.

Dan il-pitch huwa xhieda tal-impenn ta' Malta għall-inklussività u l-eċċellenza atletika. Mibni skont standards internazzjonali, dan il-pitch se jkun kruċjali biex atleti lokali li diġà jikkompetu, flimkien ma' oħrajn li jixtiequ jibdew jipprattikaw dan l-isport ikollhom il-faċilitajiet adegwati biex jagħmlu dan.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli faħħret din l-inizjattiva u fissret kif dan il-pitch se jibgħat messaġġ b'saħħtu favur aktar inklużjoni fl-isport. “Permezz ta' dan il-pitch, se nkunu qed noffru ċ-ċans biex aktar nies b'diżabilità u oħrajn fir-raħal jingħaqdu mal-komunità sportiva u jipprattikaw ukoll. Irrispettivament mill-ħiliet sportivi, permezz ta' dan il-pitch wieħed ser ikollu l-abbiltà li jipprattika f'ambjent sigur u f'konformità ma' standards tal-ogħla livell. Dan huwa proġett li minnu se jibbenefika kulħadd. Kemm l-atleti kif ukoll il-komunità inġenerali," temmet tgħid il-Ministru.


F'indirizz li għamlet, il-President ta' Special Olympics Malta Dr. Lydia Abela sostniet li din mhux sempliċiment inawgurazzjoni ta' bocce pitch imma turija ċara tal-impenn favur l-inklussività anki fl-isport. Mart il-Prim Ministru rringrazzjat għall-appoġġ muri lejn Special Olympics Malta biex l-atleti jkollhom l-aqwa faċilitajiet għat-taħriġ. Fissret kif f'dan il-ġnien sabiħ f'Ħad-Dingli, fejn hemm komunità b'saħħitha, l-atleti ta' Special Olympics Malta jista' jkollhom esperjenza pożittiva ferm. Fakkret kif dawn l-atleti huma ambaxxaturi Maltin li qed jagħmlu suċċess anki lil hinn minn xtutna.


Min-naħa tiegħu, is-Sindku ta' Ħad-Dingli Raymond Schembri fisser kif 50 sena ilu kien hemm il-viżjoni li jinħoloq dan il-ġnien għall-familji u li permezz ta' dan l-investiment il-Gvern qiegħed għal darb'oħra jibgħat messaġġ b'saħħtu favur l-inklużjoni.


Flimkien mas-Sindku ta' Ħad-Dingli, preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm ukoll il-kunsilliera tal-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inwettqu Flimkien: Inawgurat pitch tal-bocce f’Ħad-Dingli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inwettqu Flimkien: Inawgurat pitch tal-bocce f’Ħad-Dingli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Inwettqu Flimkien: Inawgurat pitch tal-bocce f’Ħad-Dingli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow