Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inwettqu Flimkien: Inawgurata d-dar tal-anzjani Dar San Ġużepp f’Għajnsielem

pr240563
Date Icon 11/04/2024

Id-dar tal-anzjani Dar San Ġużepp mibnija fuq aktar minn tliet tomniet f'Għajnsielem, ġiet inawgurata l-Ħamis filgħodu mill-Prim Ministru Robert Abela, li ddeskriva din id-dar bħala waħda li toffri kwalità tal-ħajja lill-anzjani Għawdxin.

Id-dar li bdiet tilqa' l-ewwel anzjani fil-ġimgħat li għaddew għandha mal-mija u għoxrin sodda mifruxa fuq erba' sulari. Hija waħda tal-ogħla standards u tinkludi żoni mdaqqsa ta' spazji miftuħa għat-tgawdija tar-residenti.

Fid-diskors tal-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-post kellu potenzjal għal proġetti varji, iżda l-Gvern għażel li ssir dar għall-anzjani Għawdxin. “L-għażla ma kinitx biss tal-Gvern. Iżda tal-Gvern mal-Knisja u mas-settur privat li ssieħeb biex joffri s-servizz. M'hemmx eżempju aħjar ta' kif irridu nwettqu flimkien," saħaq il-Prim Ministru.

Irrefera għall-istrateġija għal Għawdex għall-għaxar snin li ġejjin u kif il-kwalità ta' ħajja aħjar għall-Għawdxin kollha hija prijorità ewlenija, inkluż l-anzjani. Tkellem dwar il-bżonn li l-anzjani jibqgħu attivi, kemm meta jgħixu b'mod indipendenti fil-qalba tal-komunità kif ukoll meta jidħlu f'dar residenzjali. Saħaq li ċ-ċokon ta' pajjiżna nistgħu nisfruttawh biex dawk l-anzjani li jidħlu f'dar jibqgħu involuti fil-komunità u attivi.

Semma ċ-ċentri ta' matul il-jum mifruxin madwar il-gżira, l-Università tat-Tielet Età, iċ-ċentri ta' matul il-lejl u l-firxa wiesgħa ta' servizzi offruti fil-qalba tal-komunitajiet Għawdxin. Il-Prim Ministru qal li dawn, flimkien ma' kliniċi ġodda fil-komunità u bereġ tas-saħħa qed ikomplu jassiguraw li l-anzjani jgħixu komdi, b'aċċessibbiltà sħiħa għas-servizzi offruti.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri sostna, “Dan hu investiment importanti ferm għax illum il-ġurnata nistgħu ngħidu li għandna dar tal-anzjani tal-ogħla livell li se tkun qed tilqa' fiha madwar 120 anzjan u anzjana. Però aktar minn hekk, dar li se tkun qiegħda tgħolli l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tagħna. Ir-residenti li diġà daħlu u qed jgħixu hawnhekk tawna kummenti pożittivi ferm u ninsab konvint li din se tkun dar tal-ogħla standards għal dawk kollha li se jkunu qegħdin jgħixu hawn u għall-ħaddiema li se jkunu qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom 24 siegħa kuljum f'din ir-residenza."

Qabel l-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ltaqgħu mar-residenti u l-ħaddiema tad-dar. Huma kienu akkumpanjati mid-diriġenti ta' CareMalta li qegħdin joperaw Dar San Ġużepp.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inwettqu Flimkien: Inawgurata d-dar tal-anzjani Dar San Ġużepp f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inwettqu Flimkien: Inawgurata d-dar tal-anzjani Dar San Ġużepp f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inwettqu Flimkien: Inawgurata d-dar tal-anzjani Dar San Ġużepp f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inwettqu Flimkien: Inawgurata d-dar tal-anzjani Dar San Ġużepp f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inwettqu Flimkien: Inawgurata d-dar tal-anzjani Dar San Ġużepp f’Għajnsielem
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow