Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, UGWALJANZA, RIFORMI U DJALOGU SOĊJALI U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI

pr240561
Date Icon 11/04/2024

Inwettqu Flimkien: Tlesta aktar minn nofs il-bini tal-breakwater ġdid u faċilitajiet għall-passiġġieri tal-laneċ f'Buġibba

B'impenn lejn trasport sostenibbli, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, Riformi u Djalogu Soċjali Chris Fearne, flimkien mal-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett, għamlu żjara fuq is-sit tal-proġett li għaddej bħalissa tal-Buġibba Ferry Landing Site.

Dan il-proġett, li jaqa' taħt l-iskop tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (2014-2020) b'investiment totali ta' €4.2 miljun, €2.8 miljun minnhom fondi tal-UE, huwa xhieda tal-impenn qawwi tal-Gvern Malti lejn titjib fl-aċċessibbiltà u l-vijabilità tat-trasport pubbliku marittimu bħala alternattiva għat-trasport bil-karozzi privati.

Il-Buġibba Ferry Landing Site, parti integrali mill-proġett SMITHS (Sustainable Multi Intermodal Transport Hubs across Malta), qed jiġi trasformat b'infrastruttura moderna li tinkludi breakwater ġdid, slipway, pontoon, faċilitajiet għall-istennija, gangways, u fenders. Dan il-proġett mhux biss se jtejjeb l-aċċessibbiltà u jnaqqas il-konġestjoni fit-toroq, iżda wkoll se jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' faċilitajiet ġodda, bħal multi-purpose hall u ġnien fuq il-bejt, qed iżidu b'mod sinifikanti l-kwalità tal-ħajja tal-benefiċjarji tal-proġett.

F'kummenti tiegħu matul iż-żjara, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne enfasizza l-importanza tal-proġetti favur l-ambjent u l-impatt pożittiv tagħhom fuq il-kwalità tal-arja u s-saħħa pubblika. “L-ambjent u miżuri favur l-ambjent huma prijorità kemm għall-Gvern Malti kif ukoll għall-Unjoni Ewropea. Allura, proġetti li jgħinu fil-ħarsien tal-ambjent u fil-ħarsien tal-kwalità tal-arja huma proġetti li jikkwalifikaw għal fondi Ewropej," tenna id-Deputat Prim Ministru.

Il-Ministru Chris Bonett spjega kif l-investiment fl-infrastruttura marittima bħal breakwaters u mollijiet huwa imperattiv għat-trasport bil-baħar f'pajjiżna, kemm għal  konnettività taċ-ċittadini Maltin kif ukoll għall-influss tat-turisti li jiffrekwentaw din iż-żona.

“Dawn l-istrutturi għandhom rwol kruċjali biex nibdew niffaċilitaw l-użu tat-trasport pubbliku fuq il-baħar bħal ma diġà jeżisti lejn bejn il-Kottonera u tas-Sliema lejn il-Belt Valletta. Barra minn hekk, investimenti bħal dawn jappoġġjaw l-għajxien tal-komunitajiet kostali, jagħtu infrastruttura sigura għas-sajjieda u jiżguraw żvilupp sostenibbli u reżiljenza għall-isfidi ambjentali," temm jgħid il-Ministru Bonett.

Bħala parti mill-proġett SMITHS, li jinkludi wkoll l-promozzjoni tal-mixi u ċ-ċikliżmu, kif ukoll it-titjib tas-sistema tat-trasport pubbliku b'għadd ta' inizjattivi innovattivi, dan il-proġett huwa testimonjanza tal-ħidma kontinwa biex ikollna pajjiż aktar nadif u sostenibbli.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, UGWALJANZA, RIFORMI U DJALOGU SOĊJALI U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, UGWALJANZA, RIFORMI U DJALOGU SOĊJALI U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow