Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inwettqu Flimkien: Proġett ta’ tisbiħ biex jtejjeb il-kwalità tal-ħajja f’Għajnsielem

pr240558
Date Icon 10/04/2024

Kompliet l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' tisbiħ fil-lokalitajiet tal-gżejjer Maltin iffinanzjati bi sħab mill-aġenzija LESA u l-kunsilli lokali. Din id-darba kien imiss il-lokalità ta' Għajnsielem f'Għawdex fejn il-LESA ffinanzjat €80,000 għal proġett ta' tisbiħ.

Il-proġett f'Għajnsielem ġie inawgurat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri, mill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, u s-Sindku ta' Għajnsielem Kevin Cauchi.

Il-Ministru Byron Camilleri fakkar kif fi tliet snin biss l-aġenzija LESA ffinanzjat madwar €3 miljun għal diversi proġetti fil-gżejjer Maltin immirati biex igawdu minnhom id-diversi komunitajiet.

“Fi ftit ġimgħat oħra se nħabbru wkoll dawk il-proġetti li tressqu 'l quddiem mid-diversi kunsilli lokali u li se jiġu ffinanzjati mill-fondi tal-aġenzija LESA, fejn se nkomplu ninvestu fi proġetti li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet tagħna," temm jgħid il-Ministru Byron Camilleri.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Clint Camilleri spjega kif dan il-proġett biddel il-promenade f'wieħed ġdid, b'diversi bankijiet u kostruzzjoni mill-ġdid tal-ħitan tas-sejjieħ. “Dan huwa l-mod kif il-Kunsilli tagħna qegħdin isebbħu l-akkwati li mhumiex fiċ-ċentru tal-irħula imma jinsabu fl-isbaħ postijiet li għandna madwar il-gżira Għawdxija," tenna l-Ministru Camilleri.

Ix-xogħlijiet ta' tisbiħ kienu mifruxa fuq medda ta' nofs kilometru u kienu jinkludu twessiegħ tal-bankina sabiex tinkludi spazju ġdid iddedikat għal bankijiet u għamara oħra għat-triq, siġar, dwal dekorattiv, disinni tal-mużajk, librerija żgħira u żieda fir-rampi biex jagħtu aċċessibilità akbar. Il-proġett involva wkoll il-bini ta' ħitan tradizzjonali kif ukoll immaniġġjar aħjar għall-parkeġġ. L-għan aħħari kien li jinħoloq spazju ġdid u miftuħ biex jitgawda mill-komunità filwaqt li jitwettaq proġett li jilħaq diversi miri soċjali u ambjentali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inwettqu Flimkien: Proġett ta’ tisbiħ biex jtejjeb il-kwalità tal-ħajja f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inwettqu Flimkien: Proġett ta’ tisbiħ biex jtejjeb il-kwalità tal-ħajja f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inwettqu Flimkien: Proġett ta’ tisbiħ biex jtejjeb il-kwalità tal-ħajja f’Għajnsielem
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow