Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI Inwettqu Flimkien: Parkeġġ biswit il-Knisja Parrokkjali tar-Rabat ser jinbidel f’żona pedonali għall-pubbliku

pr240557
Date Icon 10/04/2024

Għaddejjin ġmielhom ix-xogħlijiet biex dak li kien parkeġġ biswit il-Knisja Parrokkjali tar-Rabat tinbidel f'żona pedonali biex titgawda mill-pubbliku.

B'investiment konġunt ta' €850,000 bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Infrastructure Malta, il-proġett jinkludi disinn u installazzjoni ta' pavimentar ġdid, tisbiħ taż-żona msemmija, installazzjoni ta' dawl ġdid biex itejjeb l-estetika tal-madwar kif ukoll l-installazzjoni ta' bankijiet ġodda. Il-proġett mistenni jkun lest f'Ġunju ta' din is-sena.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt żjara li saret mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Chris Bonett, flimkien mas-Sindku tar-Rabat Sandro Craus u rappreżentanti tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Infrastructure Malta u l-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta' Malta.

Il-Ministru Clayton Bartolo ddikjara li dan huwa proġett kapitali ieħor li permezz tiegħu pajjiżna qiegħed ikompli jaġġorna l-prodott turistiku tiegħu. “Ir-Rabat għandha potenzjal kbir fejn jidħol il-qasam tat-turiżmu kulturali u dak reliġjuż. Huwa bix-xieraq li nkomplu ninvestu biex il-kompetittività tal-Gżejjer Maltin tkompli tissaħħaħ għaż-żmien li ġej," saħaq il-Ministru Bartolo.

Il-Ministru Chris Bonett sostna li proġetti bħal dawn se jibqgħu jingħataw prijorità għaliex minnhom dejjem tgawdi l-komunità. “Din ir-riġenerazzjoni ta' żona li qabel kienet tintuża għall-użu tal-karozzi issa se tkun qed toffri spazju miftuħ li jitgawda kemm mir-residenti kif ukoll mill-ħafna turisti li jżuru din iż-żona matul is-sena kollha. Kommessi li nkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħna li niffukaw ix-xogħlijiet infrastrutturali li jgħollu l-valur estetiku ta' kull raħal filwaqt li joffru spazji ta' serħan għal min iżurhom," temm jgħid il-Ministru Bonett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI Inwettqu Flimkien: Parkeġġ biswit il-Knisja Parrokkjali tar-Rabat ser jinbidel f’żona pedonali għall-pubbliku
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA U L-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U PROĠETTI KAPITALI Inwettqu Flimkien: Parkeġġ biswit il-Knisja Parrokkjali tar-Rabat ser jinbidel f’żona pedonali għall-pubbliku
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow