Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR It-twaqqif tal-Awtorità klimatika turi t-tmexxija li Malta qed tieħu f’dan il-qasam – il-Ministru Miriam Dalli

pr240555
Date Icon 10/04/2024

Il-fatt li Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi fid-dinja li se twaqqaf Awtorità ffukata fuq l-azzjoni dwar il-klima tpoġġi lil pajjiżna fuq quddiem fil-ħidma kontra din l-isfida globali. Dan qalitu l-Ministru għall-Ambjent, Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli waqt konferenza bit-tema, 'ClimateON: Today's Legacy'.

“Storikament Malta dejjem kienet minn ta' quddiem fl-innovazzjoni – konna fost l-ewwel pajjiżi li neħħejna l-użu tal-faħam, qlibna mill-Heavy Fuel Oil għall-gass, qed ninvestu fir-rinnovabbli u qed indaħħlu kunċetti innovattivi bħalma huma l-green bonds u l-pjattaforma tal-ESG. Issa, qed nkunu wkoll minn ta' quddiem bil-proċess li nwaqqfu l-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima. Għalhekk kburija b'pajjiżi u b'dak li kontinwament naħdmu għalih," qalet il-Ministru Dalli.

“Dan huwa tragward importanti għax irridu naraw li l-isforzi kollha li jsiru u l-policies relevanti jkunu kollha miġbura taħt kappa waħda biex tassew ikun hemm koordinazzjoni bejn il-ministeri, l-entitajiet u l-awtoritajiet differenti," kompliet il-Ministru Dalli.

Il-konferenza ġiet imtella' bħala parti mill-proċess ta' djalogu nazzjonali li huwa meħtieġ biex il-pajjiż jagħmel il-parti tiegħu quddiem din l-isfida globali bħala poplu wieħed magħqud.

Dan il-proċess se jkompli jirranka bit-twaqqif ta' din l-Awtorità li bħalissa għaddej mill-proċess parlamentari. Il-Ministru Dalli enfasizzat li l-fenomenu tat-tibdil fil-klima u l-azzjonijiet li rridu nieħdu bħala pajjiż jirrikjedi l-involviment ta' kulħadd, l-ideat ta' kulħadd u fuq kollox, l-azzjoni ta' kulħadd.

“L-azzjoni klimatika tmur lill hinn mill-gvern tal-ġurnata. Il-mitigazzjoni u l-adattament huma r-responsabilità u l-missjoni ta' kulħadd," tenniet il-Ministru.

Il-konferenza ġabret il-parteċipazzjoni ta' stakeholders minn oqsma differenti, fosthom akkademiċi, xjentisti, is-settur pubbliku, is-settur privat, imsieħba soċjali, żgħażagħ u għaqdiet. Fost il-kelliema ewlenin kien hemm il-Profs Simone Borg, l-Ambaxxattriċi Maltija għat-Tibdil fil-Klima, Jacob Werksman, in-negozjatur tal-UE għal COP28 u Brad Archer, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Awstraljana dwar it-tibdil fil-klima.

“Rajna x'qed jiġri fl-Awstralja u f'partijiet oħra tad-dinja biex nimmudellaw l-Awtorità Maltija fuq prattiċi tajbin. Nemmen li l-fatt li aħna żgħar u gżira, u allura l-effetti tat-tibdil fil-klima fuqna huma akbar, ifisser li nkunu l-aktar voċiferi u l-aktar li għandu jkollna determinazzjoni biex nikkonvinċu," stqarret il-Ministru Dalli.

Il-panel discussion tmexxiet mill-ġurnalist Mark Laurence Zammit, bil-parteċipazzjoni tal-Profs Godfrey Baldacchino, l-ekonomista Dr Jonathan Spiteri, iċ-Chairperson tal-MCESD David Xuereb u l-esperta fil-qasam tal-ESG, Rachel Decelis.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR It-twaqqif tal-Awtorità klimatika turi t-tmexxija li Malta qed tieħu f’dan il-qasam – il-Ministru Miriam Dalli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR It-twaqqif tal-Awtorità klimatika turi t-tmexxija li Malta qed tieħu f’dan il-qasam – il-Ministru Miriam Dalli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR It-twaqqif tal-Awtorità klimatika turi t-tmexxija li Malta qed tieħu f’dan il-qasam – il-Ministru Miriam Dalli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR It-twaqqif tal-Awtorità klimatika turi t-tmexxija li Malta qed tieħu f’dan il-qasam – il-Ministru Miriam Dalli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow