Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Spazju għal tfal u żgħażagħ b’diżabilità biex juru l-ħiliet artistiċi tagħhom

pr240552
Date Icon 10/04/2024

“Il-viżjoni tagħna hi ċara. Kull tifel u tifla, irrispettivament mill-abbiltajiet differenti tagħhom, jixirqilhom mhux biss livell t'għajxien tajjeb iżda kwalità ta' ħajja li ma għandhiex limitu." Dan kien il-messaġġ ewlieni li għadda l-Prim Ministru Robert Abela waqt wirja t'arti li ttellgħet fil-bitħa tal-Berġa ta' Kastilja bħala parti mill-proġett VB ArtBeat, li jippromovi l-ħiliet artistiċi ta' tfal u żgħażagħ b'diżabilità. Dan il-proġett imbuttat minn The Malta Trust Foundation huwa mgħejjun minn finanzjament taħt skema ta' proġetti għall-għaqdiet volontarji (VOPS).

Qabel saru l-indirizzi, il-Prim Ministru flimkien ma' martu Dr Lydia Abela ddawru mal-esebizzjoni mill-Fundatriċi tal-Fondazzjoni u l-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca filwaqt li ltaqgħu mal-artisti u l-familji tagħhom. Il-Prim Ministru Robert Abela sostna li l-fatt li din il-wirja qed tintlaqa' f'Kastilja hija turija oħra ċara tal-impenn tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ l-inklussività billi jagħti spazju għal tfal u żgħażagħ li wkoll għandhom potenzjal. Huwa faħħar ix-xogħlijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ li wrew il-ħiliet artistiċi tagħhom ibbażati fuq il-prinċipji u l-kunċett marbut ma' Villa Bianca, post amministrat minn The Malta Trust Foundation wara appoġġ mill-Gvern biex tfal u żgħażagħ b'diżabilità jimirħu fil-ħiliet artistiċi tagħhom.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li forom diversi tal-arti jgħinu wkoll fit-terapija ta' żgħażagħ u tfal li ħaqqhom kull opportunità u nnota kif f'pajjiżna qed ikomplu jissaħħu l-inċentivi li jgħinu familji b'membri tagħhom li huma persuni b'diżabilità. Huwa faħħar ħidmet il-Fondazzjoni li qed tagħmel il-ġid u fisser l-inizjattiva li saret fil-Berġa ta' Kastilja bħala waħda li tiċċelebra l-kreattività. Fil-Berġa ta' Kastilja ttellgħu wkoll rappreżentazzjonijiet mużikali minn tfal u żgħażagħ li jattendu Villa Bianca u indirizzaw lil dawk preżenti, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli u l-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Spazju għal tfal u żgħażagħ b’diżabilità biex juru l-ħiliet artistiċi tagħhom
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Spazju għal tfal u żgħażagħ b’diżabilità biex juru l-ħiliet artistiċi tagħhom
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Spazju għal tfal u żgħażagħ b’diżabilità biex juru l-ħiliet artistiċi tagħhom
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Spazju għal tfal u żgħażagħ b’diżabilità biex juru l-ħiliet artistiċi tagħhom
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Spazju għal tfal u żgħażagħ b’diżabilità biex juru l-ħiliet artistiċi tagħhom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow