Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Żieda ta’ €100 miljun f’benefiċċji soċjali fuq perjodu ta’ sena

PR240548
Date Icon 09/04/2024

Il-Gvern żied l-investiment soċjali b'€100 miljun fuq perjodu ta' sena, li tagħmel din in-nefqa soċjali l-ikbar waħda minn sena għal oħra. Matul is-sena 2023, ġew imsaħħa wkoll diversi miżuri soċjali filwaqt li ġew implimentati oħrajn ġodda.

L-investiment massiċċ fuq il-pensjonijiet wassal ukoll għal din iż-żieda rekord,  hekk kif fl-aħħar 10 snin dawn żdiedu bit-tripplu ta' kemm żdied in-numru ta' pensjonanti.

Imqabbla man-nefqa soċjali, fl-2013, l-allokazzjoni rekord ta' biljun u kważi ħames mitt miljun ewro fuq benefiċċji soċjali,  turi żieda ta' 90%, qabża ta' aktar minn €705 miljun.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet, b'reazzjoni għall-aħħar statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li kkumparat in-nefqa soċjali tas-sena li għaddiet ma' dik ta' qabilha.

“Din hija xhieda ċara ta' kemm dan il-Gvern dejjem kien, għadu u jibqa' t-tarka tal-familji u l-pensjonanti kollha għaliex jifhem il-bżonnijiet tagħhom u r-realtajiet soċjali li kontinwament jistgħu jesponuhom għal xi tip ta' vulnerabilità. Turija  ta' impenn qawwi biex jissaħħaħ il-qafas soċjali, wara n-nixfa ta' snin twal minn amministrazzjonijiet passati," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Mark Musu qal li l-akbar żieda kienet f'dawk li huma benefiċċji kontributorji, imħallsa fuq id-dħul tal-persuna. Din hija bażikament skema ta' assigurazzjoni li tipprovdi diversi  benefiċċji li jinkludu dawk marbuta mal-pensjonijiet, il-benefiċċju tal-qgħad u tas-sick leave.

Iż-żidiet lill-pensjonanti kollha u l-għajnuniet diretti lill-familji, iż-żidiet fil-benefiċċji taċ-children's allowance, l-In-Work Benefit, il-Benefiċċju Addizzjonali tal-COLA  u l-Carers Grant, huma fost dawk l-aktar benefiċċji li wasslu għal din iż-żieda fl-investiment.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Żieda ta’ €100 miljun f’benefiċċji soċjali fuq perjodu ta’ sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Żieda ta’ €100 miljun f’benefiċċji soċjali fuq perjodu ta’ sena
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow