Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Għada l-Erbgħa 10 ta’ April jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa għas-summien

pr240547
Date Icon 09/04/2024

L-Avviż Legali biex l-Erbgħa 17 ta' April jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem se jiġi ppubblikat fil-ħin li ġej

Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar iħabbar li l-istaġun tal-kaċċa għas-summien jiftaħ għada l-Erbgħa 10 t'April u jibqa' miftuħ sat-Tlieta 30 t'April, 2024, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun.

Dan wara li, b'referenza għal-Liċenzja Speċjali tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2024, l-Avviż Legali 85/2024 li jiddikjara l-istaġun tal-kaċċa għas-summien ġie ppubblikat illum.

Kull summiena li tiġi kkaċċjata għandha tiġi rrappurtata immedjatament u kull min joħroġ għall-kaċċa u ma jaqbad xejn għandu jirrapporta l-hunting effort, kif spjegat fil-Liċenzja Speċjali.

Il-kwota nazzjonali hija ta' 2,400 summiena. M'hemmx kwoti individwali.

Sadattant, il-Qorti llum ċaħdet it-talba tal-BirdLife Malta għall-ħruġ tal-Mandat ta' Inibizzjoni għall-kaċċa tal-gamiema. Għaldaqstant, l-Avviż Legali li jiddikjara l-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem miftuħ mis-17 ta' April sat-30 ta' April, 2024, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun, bi kwota nazzjonali ta' 1,500 gamiema għandu jiġi ppubblikat fil-ħin li ġej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow