Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Jeħtieġ nibqgħu nsaħħu l-ugwaljanza, it-tolleranza u r-rispett għal dinja aktar sigura” – Il-Ministru Ian Borg

pr240542
Date Icon 08/04/2024

Tittella' l-ewwel konferenza tal-Presidenza Maltija tal-OSCE f'Malta rigward l-antisemitiżmu fir-reġjun tal-OSCE

Fl-aħħar sigħat, f'pajjiżna, bdiet tittella' konferenza annwali dwar l-antisemitiżmu, l-ewwel konferenza tal-OSCE waqt il-Presidenza ta' Malta ta' din l-organizzazzjoni internazzjonali.

Matul il-ftuħ ta' din il-konferenza, li ssir kull sena mill-OSCE, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg, li bħalissa qed jokkupa wkoll il-kariga ta' Chairperson-in-Office tal-OSCE, enfasizza l-urġenza li jkun hemm aktar rieda kollettiva kontra l-antisemitiżmu u kull forma ta' intolleranza u diskriminazzjoni oħra. “Huwa kruċjali li nimxu mill-prinċipji fundamentali tal-OSCE bħall-ugwaljanza, tolleranza, in-non-diskriminazzjoni u r-rispett lejn kulħadd, irrelevanti mit-twemmin u l-etniċità tagħhom," qal il-Ministru Borg.

Il-Ministru Ian Borg spjega kif l-antisemitiżmu, flimkien mal-intolleranza tar-reliġjonijiet u l-ksenofobija qegħdin ikunu ta' theddida għas-sigurtà tas-soċjetajiet tagħna madwar id-dinja kollha, primarjament b'kunflitti li qed ikollna f'diversi reġjuni. Huwa talab li jkun hemm rieda u miżuri proattivi minn kulħadd, filwaqt li enfasizza l-irwol kruċjali tal-edukazzjoni f'dan il-qasam biex ikun hemm aktar ftehim u aċċettazzjoni. Hawnhekk il-Ministru Borg irrifletta wkoll fuq l-irwol storiku li kellha Malta biex tipprovdi santwarju għar-refuġjati Lhud matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-Ministru Borg wera l-apprezzament tiegħu lejn l-Uffiċċju tal-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) fi ħdan l-OSCE għad-dedikazzjoni tagħhom biex jippromwovu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-OSCE. Huwa rringrazzja wkoll lir-Rappreżentanti Speċjali tiegħu għat-Toleranza u Non-Diskriminazzjoni.

Fi tmiem id-diskors tiegħu, iċ-Chairperson tal-OSCE il-Ministru Ian Borg talab għall-impenn kollettiv biex jaħdmu għal dinja li fiha kull individwu jista' jgħix ħajja libera mingħajr ebda biża u diskriminazzjoni irrelevanti x'jemmen u minn fejn ġej.

Total ta' 47 delegazzjoni mis-57 pajjiżi msieħba fl-OSCE qed jieħdu sehem f'din il-konferenza f'San Ġiljan.

Fil-ftuħ ta' din il-konferenza tkellmu wkoll is-Segretarju Ġenerali tal-OSCE Helga Schmid, id-Direttur tal-ODHIR Matteo Meccaci, il-Kummissarju Għoli tal-OSCE għall-Minoritajiet l-Ambaxxatur Kairat Abdrakhmanov, ir-Rappreżentanta Speċjali tal-OSCE għal-Libertà tal-Midja Teresa Ribeiro u anke l-President tal-Assemblea Parlamentari tal-OSCE Pia Kauma.

Fil-marġini ta' din il-konferenza, Ian Borg kellu numru ta' laqgħat bilaterali wkoll. Huwa ltaqa' mar- Rappreżentant Speċjali tal-Istati Uniti għall-Ġlieda kontra l-Antisemitiżmu l-Ambaxxatur Deborah Lispstadt, ir-Rappreżentant Speċjali tar-Renju Unit għal materji relatati mal-eżitu ta' wara l-Olokawst Lord Pickles, l-Ambaxxatur tal-Iżrael Zeev Boker, id-Direttur tal-ODIHR Matteo Meccaci u d-delegata tal-Ministru Franċiż għall-Ugwaljanza tal-Ġeneri u l-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni Aurore Bergé.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Jeħtieġ nibqgħu nsaħħu l-ugwaljanza, it-tolleranza u r-rispett għal dinja aktar sigura” – Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Jeħtieġ nibqgħu nsaħħu l-ugwaljanza, it-tolleranza u r-rispett għal dinja aktar sigura” – Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Jeħtieġ nibqgħu nsaħħu l-ugwaljanza, it-tolleranza u r-rispett għal dinja aktar sigura” – Il-Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ “Jeħtieġ nibqgħu nsaħħu l-ugwaljanza, it-tolleranza u r-rispett għal dinja aktar sigura” – Il-Ministru Ian Borg
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow