Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-festival “Lejl Imkebbes” se jerġa’ jittella’ fiċ-Ċittadella

pr240541
Date Icon 08/04/2024

Lejl ta' atmosfera maġika b'eluf ta' xemgħat li jagħmlu dan l-avveniment wieħed uniku

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li se jerġa' jittella' “Lejl Imkebbes", il-festival annwali li permezz ta' eluf ta' xemgħat joħloq atmosfera maġika fiċ-Ċittadella u li din is-sena se jsir is-Sibt 20 ta' April mis-6pm 'il quddiem.

F'din l-edizzjoni mistenni jkun hemm madwar 500 metru kwadru ta' artefatti uniċi madwar iċ-Ċittadella, se jiżdiedu żewġ attrazzjoni ġodda u aktar dekorazzjonijiet bix-xemgħat biex iżidu mal-maġija tal-lejl. Barra minn hekk, tliet strutturi tad-dawl se jiġu installati u se jagħtu opportunità għal ritratti maġiċi.

“Dan l-avveniment mhux biss sar parti mill-kalendarju kulturali ta' Għawdex iżda jattira lejh eluf ta' nies kemm Għawdxin, Maltin kif ukoll turisti li jżuru l-gżira proprju għal dan il-festival. Fil-fatt, is-sena l-oħra attendew madwar 9,000 ruħ u din is-sena qed nistennew li jerġa' jiġbed numru kbir ta' nies. Attivitajiet bħal dawn bidlu lil Għawdex f'destinazzjoni għal matul is-sena kollha u huwa għalhekk li l-Ministeru jkompli jagħti s-sostenn tiegħu biex isiru dawn l-avvenimenti," stqarr il-Ministru Camilleri.

Waqt “Lejl Imkebbes" se jkun hemm ukoll bosta attivitajiet għal kulħadd b're-enactments storiċi u tradizzjonali, dħul b'xejn fil-mużewijiet, ftuħ ta' postijiet pubbliċi oħra ta' interess, mużika kontemporanja, u attivitajiet għat-tfal. Barra minn hekk, wieħed jista' jsib stands tal-ikel fid-ditch taċ-Ċittadella li joffru kemm ikel Malti kif ukoll ikel ieħor u għandhom jagħmlu dan l-avveniment lejl li jolqot il-gosti u l-etajiet kollha.

Il-Ministru Clint Camilleri ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jattendi għal dan il-lejl maġiku u uniku fiċ-Ċittadella li se joffri divertiment għall-familja kollha.

Id-dħul għal dan il-festival huwa mingħajr ħlas u se jittella' b'kollaborazzjoni mad-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Se jkun provdut ukoll trasport b'xejn minn u lejn l-Imġarr Għawdex.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jidħol fuq is-sit https://eventsingozo.com/event/lejl-imkebbes-2/.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-festival “Lejl Imkebbes” se jerġa’ jittella’ fiċ-Ċittadella
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-festival “Lejl Imkebbes” se jerġa’ jittella’ fiċ-Ċittadella
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow