Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Konkluż il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tat-tender għall-proġett tal-Imsida Creek

pr240537
Date Icon 07/04/2024

Ġie fi tmiemu l-proċess ta' aġġudikazzjoni tat-tender tal-proġett tal-Imsida Creek, meqjus bħala żvilupp infrastrutturali sinifikanti għaż-żona li jinsab fiha. Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett.

Il-proġett tal-Imsida Creek, li ser jara l-bini ta' flyover ġdida biex tieħu post il-junction tat-traffic lights, mexa pass eqreb lejn il-bidu mit-twettiq tiegħu. Dan huwa l-ewwel proġett infrastrutturali u maġġuri li jkopri ftehim għal rabta t'għaxar snin biex isir xogħol ta' operat u manutenzjoni. 

Il-proġett ser jaħseb għal faċilitajiet ta' modi alternattivi ta' vjaġġar bħaċ-ċikliżmu u l-mixi u jinkludi r-riġenerazzjoni tal-akkwati f'xogħlijiet ta' tisbiħ u żoni ġodda ta' rikreazzjoni, skont il-permessi approvati. Madwar 60% ta' dan il-proġett ser ikun dedikat għal spazji pubbliċi u ambjent pjaċevoli fiċ-ċentru ta' din il-lokalità. 

Quddiem il-Knisja Parrokkjali tal-Imsida ser issir pjazza ta' 2,200 metru kwadru, kif ukoll kanal tal-ilma b'tul ta' 300 metru. Apparti li ser jifforma parti minn pjan biex jiġu evitati l-għargħar, il-kanal ser ikun imdawwar b'mogħdijiet aċċessibbli għall-pubbliku f'nofs żoni ta' rikreazzjoni. 

Il-Ministru Bonett spjega kif dan l-investiment jifforma parti mill-impenn ta' dan il-Gvern  biex ittejjeb il-kwalità, l-effiċjenza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-infrastruttura tat-toroq.

“Dan il-proġett ġie ppjanat biex jilħaq l-għanijiet tagħna li noħolqu bilanċ bejn il-bżonnijiet tat-trasport u l-ispazji ta' rikreazzjoni li se jrendu din iż-żona isbaħ. B'hekk nipprovdu infrastruttura li mhux biss tegħleb l-isfidi iżda tilqa' għall-ħtiġijiet tal-futur. Dan anki permess tal-obbligu fuq il-kuntrattur li japprova manutenzjoni tal-ispazji pubbliċi għal 10 snin minn meta jintemmu x-xogħlijiet. L-ewwel darba li dan l-obbligu qiegħed jitpoġġa fuq proġett infrastrutturali," temm jgħid Dr Bonett.

L-Imsida Creek Project, li se jiswa madwar €35 miljun, mistenni jibda lejn tmiem l-ewwel nofs tas-sena u jkun konkluż f'madwar 30 xahar. Wara evalwazzjoni dettaljata rriżulta li l-EPE JV laħaq il-kriterji stabbiliti biex iwettaq dan il-proġett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Konkluż il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tat-tender għall-proġett tal-Imsida Creek
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Konkluż il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tat-tender għall-proġett tal-Imsida Creek
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Konkluż il-proċess ta’ aġġudikazzjoni tat-tender għall-proġett tal-Imsida Creek
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow