Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda skema ta’ għajnuna finanzjarja sabiex jinkera fond li fih jinbnew karrijiet jew maskri grotteski għall-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2025

pr240526
Date Icon 03/04/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri għal darb'oħra nieda skema ta' għajnuna finanzjarja għall-individwi jew l-organizzazzjonijiet sabiex jikru fond li fih jinbnew karrijiet jew maskri grotteski għall-Karnival Reġjonali ta' Għawdex 2025. L-iskop ta' din l-iskema huwa li jkompli jissaħħaħ il-Karnival f'Għawdex bħala attività kulturali li tiġbed udjenza minn Għawdex, Malta u barra minn xtutna, u tagħti wkoll kontribut ekonomiku lil Għawdex.

“L-iskema li qed inniedu llum hija xhieda tal-impenn tagħna li nkomplu nassistu sabiex it-tradizzjonijiet u l-kultura f'pajjiżna jibqgħu ħajjin. Permezz ta' din l-għajnuna finanzjarja qegħdin ngħinu lid-dilettanti tal-karnival ikunu jistgħu jsibu post adegwat fejn jibnu l-karrijiet u l-maskri grotteski bl-ispejjeż tal-kirja jitħallsu minn din l-iskema. B'hekk ikunu jistgħu jsaħħu l-operat tagħhom u jagħtu spettaklu tant mistenni tul il-ħamest ijiem tal-Karnival," qal il-Ministru Camilleri.

Il-fond irid jinkera għal perjodu minimu ta' sena, li jista' jiġi estiż fuq bażi annwali. Kull applikant jista' jingħata għotja sa massimu ta' ħamsa u għoxrin elf ewro (€25,000) fis-sena jekk jibni l-karrijiet u sa massimu ta' għaxart elef ewro (€10,000) fis-sena jekk jibni l-maskri grotteski, li fiż-żewġ każi jkunu jkopru l-kera tal-fond. L-iskema nfetħet illum, it-3 ta' April 2024, u se ddum miftuħa xahar.

L-applikazzjoni tista' ssir online fuq is-sit elettroniku https://gozo.gov.mt/ jew inkella tittieħed bl-idejn il-Head Office tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali, 11 Triq it-Telgħa tal-Kastell, Victoria. Fis-sit elettroniku wieħed isib mehmuż il-Linji Gwida u Regolamenti tal-Iskema, inklużi l-kriterji tal-eliġibbiltà.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda skema ta’ għajnuna finanzjarja sabiex jinkera fond li fih jinbnew karrijiet jew maskri grotteski għall-Karnival Reġjonali ta’ Għawdex 2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow