Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Oppożizzjoni populista li tibqa’ topponi standards ogħla fis-settur tal-kostruzzjoni

pr240523
Date Icon 03/04/2024

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni jinnota b’dispjaċir l-attitudni populista u kontradittorja li qed taddotta l-Oppożizzjoni fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta Jean Paul Sofia.

Filwaqt li sa ftit ġimgħat ilu l-Opożizzjoni riedet timponi li l-implimentazzjoni ssir f’sitt xhur, illum rikbet il-karru ta’ dawk li qed jopponu l-bidla għal standards ogħla u qed tisħaq li kollox għandu jsir b’mod gradwali fit-tul. Filwaqt li l-Gvern qiegħed jimpenja ruħu li jġib lura dak li ma sarx f’50 sena f’dan is-settur, kif anke tisħaq l-Inkjesta Jean Paul Sofia, l-Oppożizzjoni tibqa’ sinonima li tinħeba wara l-konsultazzjoni imma ma tasal biex twettaq qatt.

Il-Gvern ifakkar li immedjatament wara l-pubblikazzjoni tal-inkjesta Jean Paul Sofia, il-Prim Ministru Robert Abela ħatar sotto-kumitat tal-Kabinett biex mhux biss iwettaq ir-rakkomandazzjonijiet, iżda wkoll jiddjaloga mal-istakeholders prinċipali, fejn saħansitra sa din il-ġimgħa stess saru aktar laqgħat ta’ diskussjoni.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni diġà daħħal fis-seħħ permezz ta’ emendi fil-liġi sussidjarja obbligi rigward l-obbligu ta’ assigurazzjoni li tkopri t-terzi anke fuq siti standalone, kif ukoll lill-ħaddiema li jaħdmu fuq siti ta’ kostruzzjoni. Barra minn hekk skatta l-proċess għall-inizjattiva ta’ servizz ġdid ta’ assistenza ta’ Avukati u Periti mingħajr ħlas li se jagħti vuċi aktar b’saħħitha liċ-ċittadini impattati mill-kostruzzjoni. 

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni filwaqt li dejjem kienet miftuħa għall-konsultazzjoni, qiegħda tagħmel dawn l-introduzzjonijiet biex pajjiżna jkollu qafas modernizzat li verament jnissel fiduċja fis-settur tal-kostruzzjoni. L-Awtorità diġà bdiet ukoll proċess ta’ streamlining inkluż bl-introduzzjoni ta’ ‘Certificate of Insurance’, li jipprovdi sommarju konċiż tad-dokumentazzjoni volumuża li tkopri l-polza tal-assigurazzjoni, kif ukoll għaddejja ħidma fuq sistema tal-informatika ġdida biex tiffaċilita u tissimplifika l-proċess.

Filwaqt li l-Condition report ta’ kull proprjetà affettwata minn żvilupp kien dejjem obbligatorju, kien hemm diversi istanzi fejn wara li l-Awtorità tkun ħarġet clearance kien ikun hemm talba minn terz li ġie affettwat min żvilupp biex isirlu Condition Report jew inkella jinforma lill-Awtorità li qatt ma rċieva kopja ta’ dan ir-rapport. Bil-formola introdotta ġew integrati żewġt dikjarazzjonijiet f'waħda u għaldaqstant tnaqqset il-burokrazija u mhux żdiedet kif qed jallega l-kelliem tal-Oppożizzjoni. Din id-dikjarazzjoni ilha li daħlet fis-seħħ minn Jannar.

L-Oppożizzjoni jidher li għal darb’oħra hija distakkata minn nies, hekk kif qed topponi l-bidla għal standards ogħla fis-settur tal-kostruzzjoni biex kull ċittadin Malti u Għawdxi jkollu serħan il-moħħ ġewwa daru. Tassew Oppożizzjoni populista li dwar l-implimentazzjoni ma ssibhiex fuq in-naħa tal-bidla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow