Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika ġdida għall-komunità f’Birżebbuġa

pr240509
Date Icon 28/03/2024

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela inawgura klinika ġdida fil-komunità fil-lokalità ta' Birżebbuġa.

Din il-klinika se tkun qed toffri s-servizzi ta' tabib tal-familja, speech and language pathology, kif ukoll podjatrija, fiżjoterapija, u se jkollha wkoll social workers kif ukoll professjonisti fil-kura tas-saħħa mentali. Din il-klinika ġdida saret b'kollaborazzjoni mal-kunsill lokali ta' Birżebbuġa u ġiet parzjalment iffinanzjata mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF), u se tkun qed taqdi 'l fuq minn 14,000 persuna residenti Birżebbuġa kif ukoll persuni li jgħixu fil-madwar.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif issa f'pajjiżna nsibu 26 klinika fil-komunità u li fis-sena qed jagħmlu użu minnhom 'l fuq minn 100,000 pazjent. Hu qal kif il-firxa ta' servizzi tal-kura primarja fil-Kliniċi tal-Komunità huma konformi mal-ħidma tal-WHO fejn is-sistemi u s-servizzi tal-kura tas-saħħa jaħdmu l-aħjar meta jersqu eqreb lejn il-komunità. L-għan primarju ta' din il-viżjoni hu li l-isforzi u l-ħidma li qed issir fil-kura tas-saħħa primarja tkun iċċentrata fuq il-pazjent.

“B'din il-klinika, dan ix-xahar ser nkunu ftaħna 4 ċentri ta' kura primarja fil-komunita. Dan juri l-impenn tal-gvern li jkompli jinvesti u jsaħħah il-kura medika fil-qalba tal-komunita u eqreb lejn l-pazjent," temm jgħid il-ministru.

Is-Sindku ta' Birżebbuġa Scott Camilleri qal kif bħala kunsill jirrikonoxxu l-ħidma li saret biex infetħet klinika għall-komunità f'din il-lokalità. “Proġett li kien ilu mistenni għal numru tas-snin u li bla dubju ser jintlaqa tajjeb mir-residenti f'Birżebbuġa."

Min-naħa tagħha, il-Kap Eżekuttiv tal-Primary Health Care Roseanne Camilleri spjegat “Permezz ta' dawn il-kliniċi multi-dixxiplinarji qed inkomplu naraw li f'pajjizna inqarbu s-servizz tal-kura primarja fejn wieħed jaħdem u viċin ir-residenti."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika ġdida għall-komunità f’Birżebbuġa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika ġdida għall-komunità f’Birżebbuġa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika ġdida għall-komunità f’Birżebbuġa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika ġdida għall-komunità f’Birżebbuġa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow