Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Mijiet ta’ familji se jibbenifikaw minn tnaqqis fir-rata ta’ imgħax meta jixtru proprjetà

pr240503
Date Icon 27/03/2024

Il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, flimkien mal-Bank APS, nedew l-inċentiv Loan-Up, li se jara mijiet ta' familji jibbenifikaw minn tnaqqis fir-rata tal-imgħax meta dawn jixtru proprjetà.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes fisser dan l-inċentiv bħala strument finanzjarju ġdid li se joffri l-opportunità u t-tama lil mijiet ta' familji biex dawn isiru sidien darhom.

Dan l-istrument finanzjarju se jara li s-suq ikun aktar aċċessibbli b'tali mod li jżid l-ammont li familji bi dħul baxx u medju jistgħu jissellfu biex jixtru proprjetà. Fil-fatt, familja li qabel setgħet tixtri proprjetà sa massimu ta' €185,000, issa se tkun tista' taċċessa proprjetà li tlaħħaq il-massimu ta' €203,000.

Il-Ministru Galdes enfasizza li r-rata b'saħħitha ta' homeownership f'Malta, tifforma parti sinifikanti mill-pilastru soċjo-ekonomiku ta' pajjiżna. Kompla li r-rata ta' 82% homeownership tikkonferma l-impenn tal-Gvern li jkompli jniedi skemi ġodda filwaqt li jsaħħaħ dawk eżistenti.

“Dan l-inċentiv ġdid, flimkien ma' skemi oħrajn li daħlu fis-seħħ u saħħaħna fl-aħħar snin huma parti mill-ħidma li qed inwettqu biex ikunu indirizzati sfidi kurrenti kif ukoll niżguraw li l-prosperità tal-ekonomija robusta ta' pajjiżna timmaterjalizza f'benefiċċji tanġibbli għall-familji," stqarr il-Ministru Galdes.

Il-Ministru sostna wkoll kif din l-inizjattiva hija eżempju ieħor ta' tkabbir sostenibbli u qed toffri soluzzjonijiet aktar affordabbli għas-settur tal-akkomodazzjoni.

“Writna settur tal-akkomodazzjoni staġnat, b'numru ta' sfidi li ma kinux indirizzati. Bdejna nirriformaw u fl-aħħar snin wettaqna rivoluzzjoni soċjali li qed tagħmel differenza pożittiva fil-ħajja ta' eluf ta' Maltin u Għawdxin. Impenjati li noħolqu akkomodazzjoni affordabbli għall-familji u individwi l-iktar fil-bżonn filwaqt li nagħtu l-appoġġ lil dawk li xtraw proprjetà b'mod indipendenti. Din il-bidla hija waħda pożittiva u sostanzjali biex ikollna settur tal- akkomodazzjoni aktar ekwu u sostenibbli," temm jgħid il-Ministru Galdes.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Mijiet ta’ familji se jibbenifikaw minn tnaqqis fir-rata ta’ imgħax meta jixtru proprjetà
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Mijiet ta’ familji se jibbenifikaw minn tnaqqis fir-rata ta’ imgħax meta jixtru proprjetà
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow