Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Is-Sur Leonid McKay jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Jobsplus

pr240496
Date Icon 27/03/2024

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri ħatar lis-Sur Leonid McKay bħala Kap Eżekuttiv ta' Jobsplus.

Is-Sur Mckay għandu esperjenza twila f'diversi oqsma tal-politika soċjali u serva f'diversi rwoli fl-ogħla livelli ta' tmexxija kemm fis-settur pubbliku, kif ukoll f'entitajiet mhux governattivi.  Fl-irwol tiegħu bħala Chairperson tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis, implimenta u bena qafas regolatorju b'saħħtu, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu. Hu serva wkoll bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar bejn l-2018 u l-2022, li matulhom wettaq riformi importanti f'dan is-settur, minn dawk marbuta mas-suq tal-kiri, għal proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali u affordabbli. Bejn l-2014 u l-2018, is-Sur McKay serva bħala Direttur ta' Caritas Malta. Mill-2012 sal-2014, huwa kien lecturer fil-Malta College of Arts Science and Technology fejn għallem fl-Institute of Community Services.

Is-Sur McKay irriċerka wkoll firxa ta' setturi fil-politika soċjali, inkluż dawk relatati mas-suq tax-xogħol. Fost dawn, il-Minimum Essential Budget for a Decent Living (Caritas Malta 2016, 2012) b'enfasi partikolari fuq il-Paga Minima statutorja; l-adekwatezza tal-benefiċċji soċjali (Minimum Income Schemes, 2014); l-isfruttament sever tal-immigranti fis-suq tax-xogħol f'Malta (Severe Labour Market Exploitation - Social Fieldwork Research 2014); u l-identifikazzjoni ta' żoni ġeografiċi b'konċentrazzjoni ta' faqar u deprivazzjoni f'Malta (Master of Arts in Social Policy Dissertation, 2012).

Huwa gradwat b'Baċellerat fis-Soċjoloġija u għandu Master of Arts fil-Politika Soċjali mill-Università ta' Malta.

Il-Ministru Byron Camilleri feraħ lil Leonid McKay għal din il-kariga ġdida fdata lilu. Il-Ministru Camilleri żied jirringrazzja lil Alexia Vella għall-ħidma li wettqet f'Jobsplus.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Is-Sur Leonid McKay jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Jobsplus
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow