Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Malta Enterprise bi skema biex tgħin negozji jinvestu f’karozzi elettriċi

pr240491
Date Icon 26/03/2024

Il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi flimkien mal-Malta Enterprise, nedew il-Green Mobility Scheme, inizjattiva għan-negozji li tippromwovi l-użu ta' vetturi elettriċi u prattiċi ta' trasport sostenibbli. Dan hekk kif it-trasport huwa kruċjali fl-operat ta' negozju u jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tniġġis ambjentali.

Dawn id-dettalji ġew imħabbra mill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri u l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia. Din l-iskema tħeġġeġ lin-negozji biex jagħmlu tranżizzjoni għall-vetturi elettriċi għat-trasport ta' merkanzija u ħaddiema, billi qed tipprovdi inċentivi finanzjarji bħal għotjiet u krediti tat-taxxa biex jappoġġjaw investimenti fl-infrastruttura tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi u l-kiri ta' vetturi li jniġġsu anqas jew b'emissjonijiet żero.

Il-Ministru Silvio Schembri spjega li din l-iskema proprju qed tindirizza u toffri l-assistenza meħtieġa lil dawk in-negozji li jkunu jridu jinvestu f'karozzi elettriċi. Hu żied jgħid li permezz ta' din l-iskema qed jinċentivaw it-tranżizzjoni lejn trasport aktar sostenibbli, kif ukoll hija konformi mal-mira tal-Unjoni Ewropea li ssir l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. 

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia spjega li, “Din l-iskema tista' tkopri 2 tipi ta' investimenti – investiment fl-infrastruttura tal-iċċarġjar u anke l-kiri ta' vetturi li jniġġsu anqas jew bla emissjonijiet. Malta Enterprise se tgħin kumpaniji li jużaw self għall-investimenti bħal dawn – billi tkopri l-interessi tagħhom – u se tappoġġja wkoll permezz ta' krediti tat-taxxa fuq parti mill-ispejjeż meta l-kumpanija tiffinanzja dan l-investiment hija stess. Fuq kiri ta' vetturi – Malta Enterprise tista' tkopri l-ispejjeż eliġibbli fuq id-differenza tal-kirja bejn vetturi normali u dawk iktar nodfa. Dan fuq kuntratti ta' kirja  t'aktar minn 12-il-xahar."

In-negozji interessati li jipparteċipaw f'din l-iskema huma mħeġġa li jikkuntattjaw lill-Malta Enterprise fuq 144 jew info@businessfirst.com.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Malta Enterprise bi skema biex tgħin negozji jinvestu f’karozzi elettriċi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow