Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Proġett pilota f’San Vincenz de Paul se jtejjeb il-kura għall-anzjani

pr240488
Date Icon 26/03/2024

F'għeluq is-sentejn minn din il-leġiżlatura, ittella' Kabinett man-nies, din id-darba mal-anzjani, fir-residenza San Vincenz de Paul. Matul il-laqgħa l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar proġett pilota li permezz tiegħu l-anzjani se jirċievu kura intermedjarja aktar immedjata f'din l-istess residenza.

Fil-preżenza ta' bosta anzjani ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja, il-Prim Ministru spjega li dan is-servizz se jkun qed ibiddel il-mod ta' kif tingħata l-kura lill-anzjani kif nafuha llum. Qal li bil-proġett pilota, minflok anzjan imur fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, se jibda jmur f'San Vincenz de Paul u wara li jingħata l-kura jirritorna fil-komunità jew fid-dar tal-anzjani li jkun qed jgħix fiha.

Dan il-proġett pilota se jibda b'kollaborazzjoni ma' żewġt idjar tal-anzjani u wara li jiġu analizzati r-riżultati jinfirex ukoll ma' dawk l-anzjani li jgħixu fil-qalba tal-komunità. “Dan huwa eżempju ieħor ta' kura u għajnuna speċjalizzata. Il-Gvern kommess li jibqa' jilħaq livelli dejjem ogħla fil-qasam tal-anzjani, mhux biss fl-għoti tas-servizzi iżda wkoll fil-kwalità tal-ħajja u l-mod dinjituż li l-anzjani għandhom jgħixu f'pajjiżna," saħaq Dr Abela.

Il-Prim Ministru rrefera għall-proġetti li saru diġà f'San Vincenz de Paul, fosthom l-investimenti f'apparat mediku, l-immodernizzar ta' diversi swali kif ukoll il-ġnien għall-anzjani bid-dimensja. Dan minbarra investimenti oħra li qed isiru fid-djar tal-anzjani fosthom it-tlestija tad-dar tal-Furjana u l-ħruġ tat-tender għad-dar tal-anzjani f'Bormla. “Irridu nibqgħu noffru servizz ta' kwalità bl-ogħla standards biex l-anzjani igawdu minn kwalità ta' ħajja tajba," saħaq il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru qal li biex l-anzjani jgħixu ħajja komda jeħtieġ li jkollhom is-serħan il-moħħ. Hawnhekk fakkar kif il-Gvern kompla jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija, offra stabbiltà fil-prezzijiet ta' prodotti essenzjali, daħħal aktar mediċini fuq il-formularju tal-Gvern, żied il-pensjonijiet u daħħal mekkaniżmu addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja. Dan filwaqt li ma daħħal l-ebda taxxi ġodda.

Matul din il-laqgħa tkellmu numru ta' anzjani fuq l-esperjenzi tagħhom u mal-membri tal-Kabinett iddiskutew il-kwalità tal-ħajja, il-parteċipazzjoni tagħhom fid-dinja tax-xogħol u l-involviment tagħhom fil-komunità.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Proġett pilota f’San Vincenz de Paul se jtejjeb il-kura għall-anzjani
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Proġett pilota f’San Vincenz de Paul se jtejjeb il-kura għall-anzjani
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Proġett pilota f’San Vincenz de Paul se jtejjeb il-kura għall-anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow