STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Għajnuna lil tfal ta’ ġenituri morda serjament
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal iffirma ftehim soċjali ġdid mal-Fondazzjoni Karl Vella għat-tliet snin li ġejjin. Din il-fondazzjoni tgħin tfal ta' ġenituri morda serjament, minn aspetti psiko-soċjali. Dan il-proġett 'Because You Matter' jgħin tfal u qrabathom, b'mod emozzjonali u jipprovdi assistenza psikoloġika fit-tul hekk kif ħafna drabi dawn il-każijiet ikunu diffiċli ħafna. Fil-fatt il-Fondazzjoni Karl Vella tgħin lil dawn il-familji, b'mod professjonali anke barra minn Malta, minħabba l-fatt li dawn ikollhom isiefru sabiex jieħdu t-trattament neċessarju b'rabta mal-marda li jkunu għaddejjin minnha.
Dawn id-dettalji tħabbru mill-Minstru Michael Falzon, fejn ingħad li se jingħataw mas-780 siegħa ta' xogħol u terapija professjonali kull sena għat-tliet snin illi ġejjin, u 3,120 siegħa t'analiżi psikoloġika u emozzjonali minn counsellors, psikologi u ħaddiema soċjali. Il-ftehim iffirmat japprova il-finanzjament ta' €257,400 mifruxa fuq it-tliet snin illi ġejjin. “Dan il-Gvern u l-Fondazzjoni Karl Vella, jemmnu li t-tfulija, hija fost l-aktar stadji importanti fl-iżvilupp ta' persuna u għalhekk taħdem sabiex tagħti l-aqwa dinjità lil kull tifel u tifla flimkien mal-qraba tagħhom. Dan speċjalment f'sitwazzjonijiet fejn t-tfal ikollhom membri tal-familja li qegħdin ibatu minn mard serju, b'riżultat li jaf ikun hemm inqas attenzjoni fuq it-tfal," saħaq il-Ministru Michael Falzon.
Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kommess illi jkompli jsaħħaħ l-finanzjament tal-PSPs fix-xhur illi ġejjin, sabiex ikompli jilħaq aktar persuni vulnerabbli. Għal din is-sena kienet allokata s-somma ta' €12-il miljun, sabiex jiggarantixxu s-servizz fuq 35 ftehim soċjali illi hemm ma' 25 NGO.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en